|
+Artikolu 45c 2a. |
Artikolu 45c 2a.L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni ma għandhomx jiddeterminaw ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45(1) għall-entitajiet ta’ likwidazzjoni. B’deroga mill-ewwel subparagrafu, awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ tivvaluta jekk huwiex ġustifikat li jiġi determinat ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45(1) għal entità ta’ likwidazzjoni fuq bażi individwali f’ammont li jaqbeż l-ammont suffiċjenti biex jassorbi t-telf f’konformità mal-paragrafu 2, il-punt (a), ta’ dan l-Artikolu. Fil-valutazzjoni tagħha, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tqis, b’mod partikolari, kwalunkwe impatt possibbli fuq l-istabbiltà finanzjarja u fuq ir-riskju ta’ kontaġju għas-sistema finanzjarja, inkluż fir-rigward tal-kapaċità ta’ finanzjament tal-iskemi ta’ garanzija tad-depożiti. Fejn l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tiddetermina r-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45(1), l-entità ta’ likwidazzjoni għandha tissodisfa dak ir-rekwiżit billi tuża wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:
(a)
fondi proprji;
(b)
obbligazzjonijiet li jissodisfaw il-kriterji ta’ eliġibbiltà msemmija fl-Artikolu 72a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 72b(2)(b) u (d) ta’ dak ir-Regolament;
(c)
l-obbligazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 45b(2). L-Artikolu 77(2) u l-Artikolu 78a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ma għandhomx japplikaw għal entitajiet ta’ likwidazzjoni li għalihom l-awtorità ta’ riżoluzzjoni ma tkunx iddeterminat ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45(1) ta’ din id-Direttiva. Il-holdings ta’ strumenti ta’ fondi proprji u strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli maħruġa minn istituzzjonijiet sussidjarji li huma entitajiet ta’ likwidazzjoni li għalihom l-awtorità ta’ riżoluzzjoni ma tkunx iddeterminat ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45(1) ma għandhomx jitnaqqsu skont l-Artikolu 72e(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 B’deroga mir-raba’ subparagrafu, istituzzjoni jew entità msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punt (b), (c) jew (d), li mhijiex hi stess entità ta’ riżoluzzjoni iżda hija sussidjarja ta’ entità ta’ riżoluzzjoni jew ta’ entità ta’ pajjiż terz li tkun entità ta’ riżoluzzjoni li kieku kienet stabbilita fl-Unjoni għandha tnaqqas il-holdings tagħha ta’ strumenti ta’ fondi proprji f’istituzzjonijiet sussidjarji li jappartjenu għall-istess grupp ta’ riżoluzzjoni u li huma entitajiet ta’ likwidazzjoni li għalihom l-awtorità ta’ riżoluzzjoni ma tkunx iddeterminat ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45(1) meta l-ammont aggregat ta’ dawk il-holdings ikun ugwali għal jew jaqbeż is-7 % tal-ammont totali tal-fondi proprji u tal-obbligazzjonijiet tagħha li jikkonformaw mal-kriterji ta’ eliġibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 45f(2), ikkalkolati kull sena mill-31 ta’ Diċembru bħala medja matul it-12-il xahar preċedenti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|