+Artikolu 45d Determinazzjoni tar-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli għal entitajiet ta' riżoluzzjoni ta' G-SIIs u sussidjarji materjali fl-Unjoni ta' G-SIIs mhux tal-UE
---+Artikolu 45d 1.
---+Artikolu 45d 2.
---+Artikolu 45d 3.
---+Artikolu 45d 4.
---+Artikolu 45d 5.
|
Artikolu 45d Determinazzjoni tar-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli għal entitajiet ta' riżoluzzjoni ta' G-SIIs u sussidjarji materjali fl-Unjoni ta' G-SIIs mhux tal-UE
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 45d 1.
|
Ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45(1) għal entità ta' riżoluzzjoni li hija G-SII jew parti minn G-SII għandha tikkonsisti minn dan li ġej:
(a)
ir-rekwiżiti imsemmijin fl-Artikoli 92a u 494 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; u
(b)
kwalunkwe rekwiżit addizzjonali għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli li jkun ġie ddeterminat mill-awtorità ta' riżoluzzjoni speċifikament relattivament għal dik l-entità skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 45d 2.
|
Ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45(1) għal sussidjarja materjali fl-Unjoni ta' G-SII mhux tal-UE għandu jikkonsisti minn dan li ġej:
(a)
ir-rekwiżiti msemmijin fl-Artikoli 92b u 494 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; u
(b)
kwalunkwe rekwiżit addizzjonali għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli li jkun ġie ddeterminat mill-awtorità ta' riżoluzzjoni speċifikament relattivament għal dik is-sussidjarja materjali skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, li għandu jiġi ssodisfat bl-użu ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet li jissodisfaw il-kondizzjonijiet tal-Artikoli 45f u 89(2).
|
|
Artikolu 45d 3.
|
L-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha timponi rekwiżit addizzjonali għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli msemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 u l-punt (b) tal-paragrafu 2 biss:
(a)
meta r-rekwiżit imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafi 1 jew il-punt (a) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu ma jkunx suffiċjenti biex jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 45c; u
(b)
sa livell li jiżgura li l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 45c jiġu ssodisfati.
|
|
Artikolu 45d 4.
|
Għall-finijiet tal-Artikolu 45h(2), fejn aktar minn entità ta’ G-SII waħda li hija parti mill-istess G-SII tkun entità ta’ riżoluzzjoni jew entità ta’ pajjiż terz li tkun entità ta’ riżoluzzjoni li kieku kienet stabbilita fl-Unjoni, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni rilevanti għandhom jikkalkolaw l-ammont imsemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu:
(a)
għal kull entità ta’ riżoluzzjoni jew entità ta’ pajjiż terz li tkun entità ta’ riżoluzzjoni li kieku kienet stabbilita fl-Unjoni;
(b)
għall-impriżi prinċipali tal-Unjoni bħal li kieku kienet l-unika entità ta’ riżoluzzjoni tal-G-SII.
|
|
Artikolu 45d 5.
|
Kwalunkwe deċiżjoni mill-awtorità ta' riżoluzzjoni li timponi rekwiżit addizzjonali ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli skont il-punt (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jew il-punt (b) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandu jkun fiha r-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni, inkluż valutazzjoni sħiħa tal-elementi msemmijin fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, u għandha tiġi rieżaminata mill-awtorità ta' riżoluzzjoni mingħajr dewmien mhux ġustifikat biex tirrifletti kwalunkwe bidla fil-livell tar-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE li japplika għall-grupp ta' riżoluzzjoni jew għas-sussidjarja materjali fl-Unjoni ta' G-SII mhux tal-UE.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|