|
+Artikolu 45h 1. |
Artikolu 45h 1.L-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-entità ta' riżoluzzjoni, l-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, fejn din tal-aħħar tkun differenti minn dik ta' qabel, u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni responsabbli mis-sussidjarji ta' grupp ta' riżoluzzjoni li jkunu soġġetti għar-rekwiżit fl-Artikolu 45f fuq bażi individwali għandhom jagħmlu dak kollu fil-limiti tas-setgħat tagħhom biex jaslu għal deċiżjoni konġunta dwar:
(a)
l-ammont tar-rekwiżit applikat fil-livell konsolidat tal-grupp ta' riżoluzzjoni għal kull entità ta' riżoluzzjoni; u
(b)
l-ammont tar-rekwiżit applikat fuq bażi individwali għal kull entità ta' grupp ta' riżoluzzjoni li mhix entità ta' riżoluzzjoni. Id-deċiżjoni konġunta għandha tiżgura l-konformità mal-Artikoli 45e u 45f għandha tkun kompletament ġustifikata u pprovduta lil:
(a)
l-entità ta' riżoluzzjoni mill-awtorità ta' riżoluzzjoni tagħha;
(b)
l-entitajiet ta' grupp ta' riżoluzzjoni li mhumiex entità ta' riżoluzzjoni mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ta' dawk l-entitajiet;
(c)
l-impriża omm tal-Unjoni tal-grupp mill-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-entità ta' riżoluzzjoni, meta dik l-impriża omm tal-Unjoni ma tkunx hija stess entità ta' riżoluzzjoni mill-istess grupp ta' riżoluzzjoni. Id-deċiżjoni konġunta meħuda skont dan l-Artikolu tista' tipprovdi li, meta konsistenti mal-istrateġija ta' riżoluzzjoni u ma jkunux inxtraw strumenti suffiċjenti li jikkonformaw mal-Artikolu 45f(2) direttament jew indirettament mill-entità ta' riżoluzzjoni, ir-rekwiżiti msemmijin fl-Artikolu 45c(7) jkunu parzjalment issodisfati mis-sussidjarja f'konformità mal-Artikolu 45f(2) bi strumenti maħruġa lil u mixtrija minn entitajiet li ma jappartjenux għall-grupp ta' riżoluzzjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|