|
+Artikolu 45i 5. |
Artikolu 45i 5.L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi implimentattivi biex tispeċifika l-mudelli uniformi għar-rappurtar, l-istruzzjonijiet u l-metodoloġija dwar kif jintużaw il-mudelli, il-frekwenza u d-dati tar-rappurtar, id-definizzjonijiet u s-soluzzjonijiet tal-IT għar-rappurtar superviżorju msemmi fil-paragrafi 1 u 2. Dawn l-abbozzi ta' standards tekniċi implimentattivi għandhom jispeċifikaw mod standardizzat biex tingħata l-informazzjoni dwar il-klassifikazzjoni ta' entrati msemmijin fil-punt (c) tal-paragrafu 1 applikabbli fi proċedimenti ta' insolvenza nazzjonali f'kull Stat Membru. Għal istituzzjonijiet jew entitajiet imsemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1) ta' din id-Direttiva li jkunu soġġetti għall-Artikolu 92a u l-Artikolu 92b tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, dawn l-abbozzi ta' standards tekniċi implimentattivi għandhom ikunu allinjati, fejn xieraq, mal-istandards tekniċi implimentattivi adottati skont l-Artikolu 430 ta' dak ir-Regolament. L-EBA għandha tippreżenta dawk l-istandards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sat-28 ta' Ġunju 2020. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|