+Artikolu 45i Rappurtar superviżorju u divulgazzjoni pubblika tar-rekwiżit
---+Artikolu 45i 1.
---+Artikolu 45i 2.
---+Artikolu 45i 3.
---+Artikolu 45i 4.
---+Artikolu 45i 5.
---+Artikolu 45i 6.
---+Artikolu 45i 7.

Artikolu 45i Rappurtar superviżorju u divulgazzjoni pubblika tar-rekwiżit

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 45i 1.

L-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 1(1) li jkunu soġġetti għar-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45(1) għandhom jirrappurtaw lill-awtoritajiet kompetenti u ta' riżoluzzjoni tagħhom dwar dan li ġej:

(a) 

l-ammonti ta' fondi proprji li, meta applikabbli, jissodisfaw il-kondizzjonijiet tal-punt (b) tal-Artikolu 45f(2) ta' din id-Direttiva, u l-ammonti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli, u l-espressjoni ta' dawk l-ammonti skont l-Artikolu 45(2) ta' din id-Direttiva wara kwalunkwe tnaqqis applikabbli skont l-Artikoli 72e sa 72j tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b) 

l-ammonti ta' obbligazzjonijiet oħrajn b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna;

(c) 

għall-elementi msemmijin fil-punti (a) u (b):

(i) 

il-kompożizzjoni tagħhom, inkluż il-profil ta' maturità tagħhom,

(ii) 

il-klassifikazzjoni tagħhom fi proċedimenti ta' insolvenza normali, u

(iii) 

jekk humiex regolati mil-liġijiet ta' pajjiż terz u, jekk iva, liema pajjiż terz u jekk fihomx it-termini kuntrattwali msemmijin fl-Artikolu 55(1) ta' din id-Direttiva, il-punti (p) u (q) tal-Artikolu 52(1) u l-punti (n) u (o) tal-Artikolu 63 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

L-obbligu tar-rappurtar dwar l-ammonti ta' obbligazzjonijiet oħrajn b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu ma għandux japplika għal entitajiet li fid-data tar-rappurtar ta' dik l-informazzjoni jkollhom ammonti ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli ta' mill-inqas 150 %tar-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45(1) kif ikkalkolati skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

Artikolu 45i 2.

L-entitajiet imsemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jirrapportaw:

(a) 

mill-inqas fuq bażi semiannwali l-informazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1, u

(b) 

mill-inqas fuq bażi annwali l-informazzjoni msemmija fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 1.

Madankollu, fuq it-talba tal-awtorità kompetenti jew tal-awtorità ta' riżoluzzjoni, l-entitajiet imsemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jirrapportaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 aktar frekwentement.

Artikolu 45i 3.

L-entitajiet imsemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jagħmlu l-informazzjoni li ġejja pubblikament disponibbli mill-inqas fuq bażi annwali:

(a) 

l-ammonti ta' fondi proprji li, meta applikabbli, jissodisfaw il-kondizzjonijiet tal-punt (b) tal-Artikolu 45f(2) u obbligazzjonijiet eliġibbli;

(b) 

il-kompożizzjoni tal-punti msemmijin fil-punt (a), inkluż il-profil ta' maturità u l-klassifikazzjoni tagħhom fi proċedimenti ta' insolvenza normali;

(c) 

ir-rekwiżit applikabbli msemmi fl-Artikolu 45e jew l-Artikolu 45f espress skont l-Artikolu 45(2).

Artikolu 45i 4.
Il-paragrafi 1 u 3 ma għandhomx japplikaw għal entità ta’ likwidazzjoni sakemm l-awtorità ta’ riżoluzzjoni ma tkunx iddeterminat ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45(1) għal tali entità f’konformità mal-Artikolu 45c(2a), it-tieni subparagrafu. F’dak il-każ, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tiddetermina l-kontenut u l-frekwenza tal-obbligi ta’ rapportar u ta’ divulgazzjoni msemmija fil-paragrafi 5 u 6 ta’ dan l-Artikolu għal dik l-entità. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tikkomunika dawk l-obbligi ta’ rapportar u ta’ divulgazzjoni lill-entità ta’ likwidazzjoni kkonċernata. Dawk l-obbligi ta’ rapportar u ta’ divulgazzjoni ma għandhomx imorru lil hinn minn dak li huwa meħtieġ għall-monitoraġġ tal-konformità mar-rekwiżit iddeterminat skont l-Artikolu 45c(2a), it-tieni subparagrafu.
Artikolu 45i 5.
L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi implimentattivi biex tispeċifika l-mudelli uniformi għar-rappurtar, l-istruzzjonijiet u l-metodoloġija dwar kif jintużaw il-mudelli, il-frekwenza u d-dati tar-rappurtar, id-definizzjonijiet u s-soluzzjonijiet tal-IT għar-rappurtar superviżorju msemmi fil-paragrafi 1 u 2.

Dawn l-abbozzi ta' standards tekniċi implimentattivi għandhom jispeċifikaw mod standardizzat biex tingħata l-informazzjoni dwar il-klassifikazzjoni ta' entrati msemmijin fil-punt (c) tal-paragrafu 1 applikabbli fi proċedimenti ta' insolvenza nazzjonali f'kull Stat Membru.

Għal istituzzjonijiet jew entitajiet imsemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1) ta' din id-Direttiva li jkunu soġġetti għall-Artikolu 92a u l-Artikolu 92b tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, dawn l-abbozzi ta' standards tekniċi implimentattivi għandhom ikunu allinjati, fejn xieraq, mal-istandards tekniċi implimentattivi adottati skont l-Artikolu 430 ta' dak ir-Regolament.

L-EBA għandha tippreżenta dawk l-istandards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sat-28 ta' Ġunju 2020.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 45i 6.
L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi implimentattivi biex jiġu speċifikati l-formati ta' divulgazzjoni uniformi, il-frekwenza u struzzjonijiet assoċjati li f'konformità magħhom għandhom isiru d-divulgazzjonijiet meħtieġa taħt il-paragrafu 3.

Dawk il-formati ta' divulgazzjoni uniformi għandhom jikkomunikaw informazzjoni suffiċjentement komprensiva u komparabbli biex issir valutazzjoni tal-profili tar-riskju tal-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 1(1) u l-grad ta' konformità tagħhom mar-rekwiżit applikabbli msemmi fl-Artikolu 45e jew l-Artikolu 45f. Fejn adatt, il-formati ta' divulgazzjoni għandhom ikunu f'format tabulari.

Għal istituzzjonijiet jew entitajiet imsemmija imsemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1) ta' din id-Direttiva li jkunu soġġetti għall-Artikolu 92a u l-Artikolu 92b tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, dawn l-abbozzi ta' standards tekniċi implimentattivi għandhom ikunu allinjati, fejn xieraq, mal-istandards tekniċi implimentattivi adottati skont l-Artikolu 434a ta' dak ir-Regolament.

L-EBA għandha tippreżenta dawk l-istandards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sat-28 ta' Ġunju 2020.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 45i 7.
Fejn ikunu ġew implimentati azzjonijiet ta' riżoluzzjoni jew ikunu ġew eżerċitati s-setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni msemmijin fl-Artikolu 59, ir-rekwiżiti ta' divulgazzjoni pubblika msemmijin fil-paragrafu 3 għandhom japplikaw mid-data ta' skadenza għall-konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 45e jew l-Artikolu 45f imsemmijin fl-Artikolu 45m.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.