+Artikolu 45l Rapporti
---+Artikolu 45l 1.
---+Artikolu 45l 2.
---+Artikolu 45l 3.

Artikolu 45l Rapporti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 45l 1.

L-EBA għandha, f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, tippreżenta annwalment rapport lill-Kummissjoni fejn tipprovdi valutazzjonijiet dwar mill-inqas dawn li ġejjin:

(a) 

kif ikun ġie implimentat fil-livell nazzjonali r-rekwiżit għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli stabbilit skont l-Artikolu 45e jew l-Artikolu 45f, u b'mod partikolari jekk kienx hemm diverġenzi fil-livelli stabbiliti għal entitajiet komparabbli bejn l-Istati Membri;

(b) 

kif is-setgħa msemmija fl-Artikolu 45b(4), (5) u (7) ġiet eżerċitata mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni u jekk kienx hemm diverġenzi fl-eżerċizzju ta' dik is-setgħa bejn l-Istati Membri;

(c) 

il-livell aggregat u l-kompożizzjoni ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli ta' istituzzjonijiet u entitajiet, l-ammonti ta' strumenti maħruġa matul il-perijodu, u l-ammonti addizzjonali neċessarji biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti applikabbli.

Artikolu 45l 2.

Minbarra r-rapport annwali previst fil-paragrafu 1, l-EBA għandha, kull tliet snin, tippreżenta rapport lill-Kummissjoni, li jivvaluta dan li ġej:

(a) 

l-impatt tar-rekwiżit minimu għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli, u kwalunkwe livell armonizzat propost tar-rekwiżit minimu fuq dan li ġej:

(i) 

is-swieq finanzjarji inġenerali u swieq għal dejn mhux garantit u derivattivi b'mod partikolari;

(ii) 

il-mudelli ta' negozju u l-istrutturi tal-karti tal-bilanċ ta' istituzzjonijiet, b'mod partikolari l-profil ta' finanzjament u l-istrateġija ta' finanzjament ta' istituzzjonijiet, u l-istruttura legali u operattiva tal-gruppi;

(iii) 

il-profittabbiltà ta' istituzzjonijiet, b'mod partikolari l-kost tal-finanzjament tagħhom;

(iv) 

il-migrazzjoni ta' skoperturi għal entitajiet li mhumiex soġġetti għal superviżjoni prudenzjali;

(v) 

l-innovazzjoni finanzjarja;

(vi) 

il-prevalenza ta' strumenti ta' fondi proprji u strumenti eliġibbli subordinati u n-natura u l-kummerċjabbiltà tagħhom.

(vii) 

l-imġiba tal-istituzzjonijiet jew entitajiet imsemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1) fir-rigward tat-teħid tar-riskji;

(viii) 

il-livell ta' tfixkil għall-assi ta' istituzzjonijiet jew entitajiet imsemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1);

(ix) 

l-azzjonijiet meħuda mill-istituzzjonijiet jew entitajiet imsemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1) biex jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi, u b'mod partikolari l-punt sa fejn ir-rekwiżiti minimi ġew issodisfati mid-diżingranaġġ tal-assi, il-ħruġ ta' dejn fit-tul u l-ġenerazzjoni tal-kapital; u

(x) 

il-livell ta' self mill-istituzzjonijiet ta' kreditu, b'enfasi partikolari fuq self lil impriżi mikro, żgħar u medji, awtoritajiet lokali, gvernijiet reġjonali u entitajiet tas-settur pubbliku u fuq il-finanzjament tan-negozju, inkluż is-self taħt skemi uffiċjali ta' assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni;

(b) 

l-interazzjoni tar-rekwiżiti minimi mar-rekwiżiti għall-fondi proprji, il-proporzjon ta' ingranaġġ u r-rekwiżiti ta' likwidità stipulati fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fid-Direttiva 2013/36/UE;

(c) 

il-kapaċità tal-istituzzjonijiet jew entitajiet imsemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1) li indipendentement jiġġeneraw kapital jew finanzjament mis-swieq sabiex jissodisfaw kwalunkwe rekwiżit minimu armonizzat propost;

Artikolu 45l 3.
Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni sat-30 ta' Settembru tas-sena kalendarja ta' wara l-aħħar sena koperta mir-rapport. L-ewwel rapport għandu jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni sat-30 ta' Settembru tas-sena wara d-data ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jkopri tliet snin kalendarji u għandu jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru tas-sena kalendarja ta' wara l-aħħar sena koperta mir-rapport. L-ewwel rapport għandu jiġi trasmess lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2022.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.