|
+Artikolu 45l 1. |
Artikolu 45l 1.L-EBA għandha, f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, tippreżenta annwalment rapport lill-Kummissjoni fejn tipprovdi valutazzjonijiet dwar mill-inqas dawn li ġejjin:
(a)
kif ikun ġie implimentat fil-livell nazzjonali r-rekwiżit għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli stabbilit skont l-Artikolu 45e jew l-Artikolu 45f, u b'mod partikolari jekk kienx hemm diverġenzi fil-livelli stabbiliti għal entitajiet komparabbli bejn l-Istati Membri;
(b)
kif is-setgħa msemmija fl-Artikolu 45b(4), (5) u (7) ġiet eżerċitata mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni u jekk kienx hemm diverġenzi fl-eżerċizzju ta' dik is-setgħa bejn l-Istati Membri;
(c)
il-livell aggregat u l-kompożizzjoni ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli ta' istituzzjonijiet u entitajiet, l-ammonti ta' strumenti maħruġa matul il-perijodu, u l-ammonti addizzjonali neċessarji biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti applikabbli. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|