|
+Artikolu 48 1. |
Artikolu 48 1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta japplikaw l-istrument ta’ rikapitalizzazzjoni interna, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jeżerċitaw is-setgħat ta’ valwazzjoni negattiva u l-konverżjoni, soġġett għal kwalunkwe esklużjoni taħt l-Artikolu 44(2) u (3), filwaqt li jiġu sodisfatti r-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
Oġġetti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni jitnaqqsu skont il-punt (a) tal-Artikolu 60(1);
(b)
jekk, u biss jekk, it-total tat-tnaqqis skont il-punt(a) ikun anqas mit-total tal-ammonti msemmijin fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 47(3), l-awtoritajiet inaqqsu l-ammont prinċipali tal-istrumenti tal-Grad 1 Addizzjonali safejn ikun meħtieġ u safejn tasal il-kapaċità tagħhom;
(c)
jekk, u biss jekk, it-total tat-tnaqqis skont il-punti (a) u (b) ikun anqas mit-total tal-ammonti msemmijin fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 47(3), l-awtoritajiet inaqqsu l-ammont prinċipali tal-istrumenti tal-Grad 2 Addizzjonali safejn ikun meħtieġ u safejn tasal il-kapaċità tagħhom;
(d)
jekk, u biss jekk, it-tnaqqis totali ta’ ishma jew strumenti oħrajn ta’ sjieda u strumenti kapitali rilevanti skont il-punti (a), (b) u (c) ikun anqas mit-total tal-ammonti msemmijin fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 47(3), l-awtoritajiet inaqqsu sa fejn meħtieġ l-ammont prinċipali ta’ dejn subordinat li mhuwiex kapital tal-Grad Addizzjonali 1 jew 2 skont il-ġerarkija ta’ pretensjonijiet fi proċedimenti normali ta’ insolvenza, flimkien mal-valwazzjoni negattiva skont il-punti (a), (b) u (c) biex jiġi prodott biex tiġi prodotta s-somma tal-ammonti msemmija fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 47;
(e)
jekk, u biss jekk, it-tnaqqis totali ta' ishma jew strumenti oħrajn ta' sjieda, strumenti kapitali rilevanti u obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna skont il-punti (a) sa (d) ta' dan il-paragrafu jkun inqas mit-total tal-ammonti msemmijin fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 47(3), l-awtoritajiet inaqqsu sakemm meħtieġ l-ammont prinċipali tal-bqija tal-obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna, jew l-ammont pendenti pagabbli fir-rigward tagħhom, inkluż strumenti ta' dejn imsemmijin fl-Artikolu 108(3), skont il-ġerarkija ta' pretensjonijiet fi proċedimenti normali ta' insolvenza, inkluż il-klassifikazzjoni ta' depożiti prevista fl-Artikolu 108, skont l-Artikolu 44, flimkien mal-valwazzjoni negattiva skont il-punti (a) sa (d) ta' dan il-paragrafu biex jiġi prodott it-total tal-ammonti msemmijin fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 47(3). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|