+Artikolu 55 2.

Artikolu 55 2.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta istituzzjoni jew entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) tasal għad-determinazzjoni li huwa legalment jew b'xi mod ieħor imprattikabbli li fid-dispożizzjonijiet kuntrattwali li jirregolaw obbligazzjoni rilevanti jiġi inkluż terminu meħtieġ skont il-paragrafu 1, dik l-istituzzjoni jew entità tinnotifika d-determinazzjoni tagħha, inklużi d-deżinjazzjoni tal-kategorija tal-obbligazzjoni u ġustifikazzjoni ta' dik id-determinazzjoni, lill-awtorità ta' riżoluzzjoni. L-istituzzjoni jew l-entità għandha tipprovdi lill-awtorità ta' riżoluzzjoni l-informazzjoni kollha li l-awtorità ta' riżoluzzjoni titlob f'perijodu ta' żmien raġonevoli wara r-riċezzjoni tan-notifika, sabiex l-awtorità ta' riżoluzzjoni tevalwa l-effett ta' din in-notifika fuq ir-riżolvibbiltà ta' dik l-istituzzjoni jew entità.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fil-każ ta' notifika skont l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-obbligu li jiġi inkluż fid-dispożizzjonijiet kuntrattwali terminu meħtieġ skont il-paragrafu 1 huwa awtomatikament sospiż mill-mument li l-awtorità ta' riżoluzzjoni tirċievi n-notifika.

Fil-każ li l-awtorità ta' riżoluzzjoni tikkonkludi li ma huwiex legalment jew b'xi mod ieħor imprattikabbli li fid-dispożizzjonijiet kontrattwali jiġi inkluż terminu meħtieġ skont il-paragrafu 1, b'kont meħud tal-ħtieġa li tiġi żgurata r-riżolvibbiltà tal-istituzzjoni jew entità, hija għandha tirrikjedi, f'perijodu ta' żmien raġonevoli wara n-notifika skont l-ewwel subparagrafu, l-inklużjoni ta' din il-klawżola kuntrattwali. Barra minn hekk, l-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' teħtieġ li l-istituzzjoni jew l-entità temenda l-prattiki tagħha rigward l-applikazzjoni tal-eżenzjoni mir-rikonoxximent kuntrattwali tar-rikapitalizzazzjoni interna.

L-obbligazzjonijiet imsemmijin fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu ma għandhomx jinkludi strumenti tal-Grad 1 Addizzjonali, strumenti tal-Grad 2 u strumenti ta' dejn imsemmijin fil-punt (48)(ii) tal-Artikolu 2(1), fejn dawk l-istrumenti jkunu obbligazzjonijiet mhux garantiti. Barra minn hekk, l-obbligazzjonijiet imsemmijin fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandhom ikunu superjuri għall-obbligazzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 108(2) u fl-Artikolu 108(3).

Fejn l-awtorità ta' riżoluzzjoni, fil-kuntest tal-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà ta' istituzzjoni jew entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) f'konformità mal-Artikoli 15 u 16, jew fi kwalunkwe ħin ieħor, tiddetermina li, fi klassi ta' obbligazzjonijiet li tinkludi obbligazzjonijiet eliġibbli, l-ammont ta' obbligazzjonijiet li, skont l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, ma jinkludux it-terminu kuntrattwali msemmi fil-paragrafu 1, flimkien ma' obbligazzjonijiet li huma esklużi mill-applikazzjoni tal-għodda ta' rikapitalizzazzjoni interna skont l-Artikolu 44(2) jew li x'aktarx jiġu esklużi skont l-Artikolu 44(3) jammonta għal aktar minn 10 % ta' dik il-klassi, hija għandha tivvaluta minnufih l-impatt ta' dan il-fatt partikolari fuq ir-riżolvibbiltà ta' dik l-istituzzjoni jew entità, inkluż l-impatt fuq ir-riżolvibbiltà li jirriżulta mir-riskju ta' ksur tas-salvagwardji tal-kreditur previsti fl-Artikolu 73 meta tiġi applikata s-setgħa ta' valwazzjoni negattiva u ta' konverżjoni għall-obbligazzjonijiet eliġibbli.

Fejn l-awtorità ta' riżoluzzjoni tikkonkludi abbażi tal-valutazzjoni msemmija fil-ħames subparagrafu ta' dan il-paragrafu li l-obbligazzjonijiet li, skont l-ewwel subparagrafu, ma jinkludux it-terminu kuntrattwali msemmi fil-paragrafu 1, joħolqu impediment sostantiv għar-riżolvibbiltà, hija għandha tapplika s-setgħat previsti fl-Artikolu 17 kif xieraq biex tneħħi dak l-impediment għar-riżolvibbiltà.

L-obbligazzjonijiet li fir-rigward tagħhom l-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) tonqos milli tinkludi fid-dispożizzjonijiet kuntrattwali t-terminu meħtieġ skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jew li fir-rigward tagħhom, skont dan il-paragrafu, dak ir-rekwiżit ma japplikax ma għandhomx jingħaddu għall-fini tar-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.