|
+Artikolu 64 1. |
Artikolu 64 1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta jeżerċitaw setgħa ta’ riżoluzzjoni, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jkollhom is-setgħa biex:
(a)
soġġett għall-Artikolu 78, jipprovdu li t-trasferiment rilevanti jseħħ ħieles minn kwalunkwe obbligazzjoni jew tfixkil li jaffettwa l-istrumenti finanzjarji, id-drittijiet, l-assi jew l-obbligazzjonijiet ittrasferiti; għal dak l-iskop, kull dritt għal kumpens skont din id-Direttiva ma jitqiesx bħala obbligazzjoni jew tfixkil;
(b)
ineħħu d-drittijiet għall-akkwist ta’ aktar strumenti ta’ sjieda;
(c)
jesiġu li l-awtorità rilevanti twaqqaf jew tissospendi l-ammissjoni għan-negozjar f’suq regolat fl-elenkar uffiċjali ta’ strumenti finanzjarji skont id-Direttiva 2001/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 13 );
(d)
jipprovdu li r-riċevitur jiġi trattat bħallikieku kien l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni għall-finijiet ta’ kwalunkwe dritt jew obbligu ta’, jew azzjoni meħuda minn, l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, inkluż, soġġett għall-Artikolu 38 u 40, kwalunkwe dritt jew obbligu li jirrigwardaw il-parteċipazzjoni f’infrastruttura tas-suq;
(e)
jeħtieġu lill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jew lir-riċevitur jipprovdi lill-parti l-oħra b’informazzjoni u assistenza; u
(f)
jikkanċellaw jew jimmodifikaw it-termini ta’ kuntratt li għalih l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni tkun parti jew jissostitwixxu riċevitur bħala parti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|