+Artikolu 67 Setgħa fir-rigward ta’ assi, drittijiet, obbligazzjonijiet, u strumenti ta’ sjieda li jinsabu f’pajjiżi terzi
---+Artikolu 67 1.
---+Artikolu 67 2.
|
Artikolu 67 Setgħa fir-rigward ta’ assi, drittijiet, obbligazzjonijiet, u strumenti ta’ sjieda li jinsabu f’pajjiżi terzi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 67 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiddisponi li, f’każijiet fejn azzjoni ta’ riżoluzzjoni tinvolvi azzjoni li tittieħed fir-rigward ta’ assi li jinsabu f’pajjiż terz jew strumenti ta’ sjieda, drittijiet jew obbligazzjonijiet regolati mil-liġi ta’ pajjiż terz, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jistgħu jesiġu li:
(a)
l-amministratur, ir-riċevitur jew persuna oħra li teżerċita l-kontroll tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni u r-riċevitur jintalbu jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiżguraw li t-trasferiment, il-valwazzjoni negattiva, il-konverżjoni jew l-azzjoni jsiru effettivi;
(b)
l-amministratur, ir-riċevitur jew persuna oħra li teżerċita l-kontroll tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jintalbu jżommu l-istrumenti ta’ sjieda, l-assi jew id-drittijiet jew jirrilaxxaw l-obbligazzjonijiet f’isem ir-riċevitur sakemm it-trasferiment, il-valwazzjoni negattiva, il-konverżjoni jew l-azzjoni jsiru effettivi;
(c)
l-ispejjeż raġonevoli tar-riċevitur korrettament imġarrbin fit-twettiq ta’ kwalunkwe azzjoni meħtieġa skont il-punti (a) u (b) ta’ dan il-paragrafu jitħallsu fi kwalunkwe wieħed mill-modi msemmija fl-Artikolu 37(7).
|
|
Artikolu 67 2.
|
Meta l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tivvaluta li, minkejja l-passi meħtieġa meħuda mill-amministratur, mir-riċevitur jew mill-persuni skont il-paragrafu 1(a), huwa improbabbli ħafna li t-trasferiment, il-konverżjoni jew l-azzjoni jkunu effettivi fir-rigward ta’ ċerti assi li jinsabu f’pajjiż terz jew ta’ ċerti strumenti ta’ sjieda, drittijiet jew obbligazzjonijiet taħt il-liġi ta’ pajjiż terz, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni ma għandhiex tipproċedi bit-trasferiment, għall-valwazzjoni negattiva, għall-konverżjoni jew għall-azzjoni. Jekk tkun diġà ordnat it-trasferiment, il-valwazzjoni negattiva, il-konverżjoni jew l-azzjoni, tali ordni għandu jkun null fir-rigward tal-istrumenti ta’ sjieda, jew l-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet ikkonċernati.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|