|
+Artikolu 67 1. |
Artikolu 67 1.L-Istati Membri għandhom jiddisponi li, f’każijiet fejn azzjoni ta’ riżoluzzjoni tinvolvi azzjoni li tittieħed fir-rigward ta’ assi li jinsabu f’pajjiż terz jew strumenti ta’ sjieda, drittijiet jew obbligazzjonijiet regolati mil-liġi ta’ pajjiż terz, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jistgħu jesiġu li:
(a)
l-amministratur, ir-riċevitur jew persuna oħra li teżerċita l-kontroll tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni u r-riċevitur jintalbu jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiżguraw li t-trasferiment, il-valwazzjoni negattiva, il-konverżjoni jew l-azzjoni jsiru effettivi;
(b)
l-amministratur, ir-riċevitur jew persuna oħra li teżerċita l-kontroll tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jintalbu jżommu l-istrumenti ta’ sjieda, l-assi jew id-drittijiet jew jirrilaxxaw l-obbligazzjonijiet f’isem ir-riċevitur sakemm it-trasferiment, il-valwazzjoni negattiva, il-konverżjoni jew l-azzjoni jsiru effettivi;
(c)
l-ispejjeż raġonevoli tar-riċevitur korrettament imġarrbin fit-twettiq ta’ kwalunkwe azzjoni meħtieġa skont il-punti (a) u (b) ta’ dan il-paragrafu jitħallsu fi kwalunkwe wieħed mill-modi msemmija fl-Artikolu 37(7). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|