+Artikolu 74 Valwazzjoni tad-differenza fit-trattament
---+Artikolu 74 1.
---+Artikolu 74 2.
---+Artikolu 74 3.
---+Artikolu 74 4.

Artikolu 74 Valwazzjoni tad-differenza fit-trattament

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 74 1.
Għall-finijiet tal-valutazzjoni dwar jekk l-azzjonisiti u l-kredituri jkunux ħadu trattament aħjar kieku l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni kienet daħlet fi proċeduri normali ta’ insolvenza, inkluż iżda mhux limitat għall-finijiet tal-Artikolu 73, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li titwettaq valwazzjoni minn persuna indipendenti mill-aktar fis possibbli wara li titwettaq azzjoni jew azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni. Dik il-valwazzjoni għandha tkun distinta mill-valwazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 36.
Artikolu 74 2.

Il-valwazzjoni fil-paragrafu 1 għandha tiddetermina:

(a) 

it-trattament li l-azzjonisti u l-kredituri, jew l-iskemi rilvanti ta’ garanzija ta’ depożiti, kienu jirċievu kieku l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni li fir-rigward tagħha l-azzjoni jew l-azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni jkunu seħħu, daħlet fi proċeduri normali ta’ insolvenza fil-mument meta ttieħdet id-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 82;

(b) 

it-trattament effettiv li l-azzjonisti u l-kredituri rċevew, fir-riżoluzzjoni tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni; u;

(c) 

jekk hemmx xi differenza fit-trattament imsemmi fil-punt (a) u t-trattament imsemmi fil-punt (b).

Artikolu 74 3.

Il-valutazzjoni għandha:

(a) 

tassumi li l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni li fir-rigward tagħha l-azzjoni jew l-azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni jkunu seħħu, daħlet fi proċeduri normali ta’ insolvenza fil-mument meta ttieħdet id-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 82;

(b) 

tassumi li l-azzjoni jew l-azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni ma kinux seħħu;

(c) 

tinjora kwalunkwe dispożizzjoni ta’ għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja lill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni.

Artikolu 74 4.
L-ABE tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-metodoloġija għat-twettiq tal-valwazzjoni f’dan l-Artikolu, b’mod partikolari l-metodoloġija għall-valutazzjoni tat-trattament li l-azzjonisti u l-kredituri kienu jirċievu kieku l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni daħlet fi proċeduri ta’ insolvenza fil-mument meta ttieħdet id-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 82.

Lill-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.