|
+Artikolu 83 2. |
Artikolu 83 2.L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tinnotifika lill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni u lill-awtoritajiet li ġejjin, jekk differenti:
(a)
l-awtorità kompetenti tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni;
(b)
l-awtorità kompetenti ta’ kwalunkwe fergħa tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni;
(c)
il-bank ċentrali;
(d)
l-iskema ta’ garanzija tad-depożiti li magħha dik l-istituzzjoni tal-kreditu taħt riżoluzzjoni tkun affiljata;
(e)
il-korp inkarigat tal-arranġamenti ta’ finanzjament tar-riżoluzzjoni;
(f)
fejn applikabbli, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp;
(g)
il-ministeru kompetenti;
(h)
fejn l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni tkun soġġetta għal superviżjoni fuq bażi konsolidata skont il-Kapitolu 3 tat-Titolu VII tad-Direttiva 2013/36/UE, is-superviżur tal-konsolidazzjoni;
(i)
l-awtorità makroprudenzjali nazzjonali nnominata u l-BERS;
(j)
il-Kummissjoni, il-Bank Ċentrali Ewropew, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) ESMA, (‘EIOPA’) stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u l-ABE;
(k)
fejn l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni hija istituzzjoni kif definita fl-Artikolu 2(b) tad-Direttiva 98/26/KE, l-operaturi tas-sistemi li tipparteċipa fihom. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|