+Artikolu 86 Restrizzjonijiet fuq proċeduri oħra
---+Artikolu 86 1.
---+Artikolu 86 2.
---+Artikolu 86 3.

Artikolu 86 Restrizzjonijiet fuq proċeduri oħra

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 86 1.
Mingħajr preġudizzju għall-punt (b) tal-Artikolu 82(2), l-Istati Membri għandhom jiżguraw fir-rigward ta’ istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jew istituzzjoni jew entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) li fir-rigward tagħha ġie ddeterminat li l-kondizzjonijiet għal riżoluzzjoni ġew sodisfatti, li ma għandhomx jinbdew proċeduri normali ta’ insolvenza ħlief fuq l-inizjattiva tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni u li għandha tittieħed deċiżjoni li tqiegħed istituzzjoni jew entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) fi proċeduri normali ta’ involvenza ħlief bil-kunsens tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni.
Artikolu 86 2.

Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a) 

l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jiġu nnotifikati mingħajr dewmien dwar kull applikazzjoni għall-ftuħ ta’ proċeduri normali ta’ insolvenza fir-rigward ta’ istituzzjoni jew ta’ entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1), irrispettivament minn jekk l-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) hijiex taħt riżoluzzjoni jew deċiżjoni tkun saret pubblika f’konformità mal-Artikolu 83(4) u (5);

(b) 

l-applikazzjoni mhijiex ddeterminata sakemm in-notifiki msemmija fil-punt (a) ikunu saru u jseħħ wieħed minn dawn li ġejjin:

(i) 

l-awtorità ta’ riżoluzzjoni nnotifikat lill-awtoritajiet responsabbli minn proċeduri ta’ insolvenza normali li hija ma għandhiex l-intenzjoni li tieħu azzjoni ta’ riżoluzzjoni fir-rigward tal-istituzzjoni jew tal-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1);

(ii) 

ikun skada l-perjodu ta’ sebat ijiem li jibda bid-data li fiha jkunu saru n-notifiki msemmija fil-punt (a).

Artikolu 86 3.
Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe restrizzjoni fuq l-infurzar ta’ interessi ta’ titoli imposti skont l-Artikolu 70, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, jekk meħtieġ għall-applikazzjoni effettiva tal-għodod u tas-setgħat ta’ riżoluzzjoni, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jistgħu jitolbu lill-qorti tapplika waqfa għal perjodu ta’ żmien xieraq skont l-għan fil-mira, ta’ kwalunkwe azzjoni ġudizzjarja jew proċeduri li fiha l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni hija jew issir parti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.