|
+Artikolu 86 2. |
Artikolu 86 2.Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
(a)
l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jiġu nnotifikati mingħajr dewmien dwar kull applikazzjoni għall-ftuħ ta’ proċeduri normali ta’ insolvenza fir-rigward ta’ istituzzjoni jew ta’ entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1), irrispettivament minn jekk l-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) hijiex taħt riżoluzzjoni jew deċiżjoni tkun saret pubblika f’konformità mal-Artikolu 83(4) u (5);
(b)
l-applikazzjoni mhijiex ddeterminata sakemm in-notifiki msemmija fil-punt (a) ikunu saru u jseħħ wieħed minn dawn li ġejjin:
(i)
l-awtorità ta’ riżoluzzjoni nnotifikat lill-awtoritajiet responsabbli minn proċeduri ta’ insolvenza normali li hija ma għandhiex l-intenzjoni li tieħu azzjoni ta’ riżoluzzjoni fir-rigward tal-istituzzjoni jew tal-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1);
(ii)
ikun skada l-perjodu ta’ sebat ijiem li jibda bid-data li fiha jkunu saru n-notifiki msemmija fil-punt (a). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|