|
+Artikolu 87 Prinċipji ġenerali rigward it-teħid ta’ deċiżjonijiet li jinvolvu aktar minn Stat Membru wieħed |
Artikolu 87 Prinċipji ġenerali rigward it-teħid ta’ deċiżjonijiet li jinvolvu aktar minn Stat Membru wieħedArtikolu 87 Prinċipji ġenerali rigward it-teħid ta’ deċiżjonijiet li jinvolvu aktar minn Stat Membru wieħed L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fit-teħid ta’ deċiżjonijiet jew it-teħid ta’ azzjoni skont din id-Direttiva li jista’ jkollhom impatt fuq Stat Membru wieħed jew aktar, l-awtoritajiet tagħhom għandhom josservaw il-prinċipji ġenerali li ġejjin:
(a)
l-imperattivi tal-effikaċja tat-teħid ta’ deċiżjonijiet u ż-żamma tal-ispejjeż tar-riżoluzzjoni baxxi kemm jista’ jkun meta tittieħed l-azzjoni ta’ riżoluzzjoni;
(b)
li jittieħdu deċiżjonijiet u tittieħed azzjoni fil-ħin u bl-urġenza dovuta fejn ikun hemm bżonn;
(c)
li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti u awtoritajiet oħrajn jikkooperaw biex jiżguraw li jittieħdu deċiżjonijiet u tittieħed azzjoni b’mod ikkoordinat u effiċjenti;
(d)
li r-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet rilevanti f’kull Stat Membru ikunu definiti b’mod ċar;
(e)
li jitqiesu b’mod dovut l-interessi tal-Istati Membri fejn huma stabbiliti l-impriżi prinċipali tal-Unjoni, b’mod partikolari l-impatt ta’ deċiżjoni jew azzjoni jew nuqqas ta’ azzjoni fuq l-istabbiltà finanzjarja, ir-riżorsi fiskali, il-fond ta’ riżoluzzjoni, l-iskema ta’ garanzija tad-depożiti jew l-skemi ta’ kumpens għall-investituri ta’ dawk l-Istati Membri;
(f)
li jitqiesu b’mod dovut l-interessi ta’ kull Stat Membru individwali fejn hija stabbilita sussidjarja b’mod partikolari l-impatt ta’ deċiżjoni jew azzjoni jew nuqqas ta’ azzjoni fuq l-istabbiltà finanzjarja, ir-riżorsi fiskali, il-fond ta’ riżoluzzjoni, l-iskema ta’ garanzija tad-depożiti jew l-skemi ta’ kumpens għall-investituri ta’ dawk l-Istati Membri;
(g)
li jitqiesu b’mod dovut l-interessi ta’ kull Stat Membru fejn ikunu jinsabu fergħat sinifikanti b’mod partikolari l-impatt ta’ kwalunkwe deċiżjoni jew azzjoni jew nuqqas ta’ azzjoni dwar l-istabbiltà finanzjarja ta’ dawk l-Istati Membri;
(h)
li jitqiesu b’mod dovut l-objettivi tal-bilanċ tal-interessi tad-diversi Stati Membri involuti u li jevitaw li jippreġudikaw b’mod inġust jew jipproteġu b’mod inġust l-interessi ta’ Stati Membri partikolari, inkluż li jiġi evitat allokazzjoni tal-piż inġust fl-Istati Membri;
(i)
li kwalunkwe obbligu skont din id-Direttiva li tiġi kkonsultata awtorità qabel ma tittieħed deċiżjoni jew azzjoni jimplika għall-inqas obbligu li tiġi kkonsultata dik l-awtorità dwar dawk l-elementi tad-deċiżjoni jew tal-azzjoni proposta li jkollhom jew li huwa probabbli li jkollhom:
(i)
effett fuq l-impriża prinċipali tal-Unjoni, is-sussidjarja jew il-fergħa; u
(ii)
impatt fuq l-istabbiltà tal-Istat Membru fejn l-impriża prinċipali tal-Unjoni, is-sussidjarja jew il-fergħa, hija stabbilita jew tinsab;
(j)
li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, meta jieħdu azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni, iqisu u jsegwu l-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 13 sakemm l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni ma jivvalutaw, fid-dawl taċ-ċirkostanzi tal-każ, li l-objettivi ta’ riżoluzzjoni se jintlaħqu b’mod aktar effikaċi billi jittieħdu azzjonijiet li mhumiex provduti fil-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni;
(k)
ir-rekwiżit għal trasparenza kull meta deċiżjoni jew azzjoni proposta x’aktarx ikollha implikazzjonijiet fuq l-istabbiltà finanzjarja, ir-riżorsi fiskali, il-fond ta’ riżoluzzjoni, l-iskema ta’ garanzija tad-depożiti jew l-iskema ta’ kumpens għall-investituri ta’ kwalunkwe Stat Membru rilevanti; u
(l)
ir-rikonoxximent li l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni għandhom probabbiltà kbira li jiksbu riżultat li jnaqqas in-nefqa globali tar-riżoluzzjoni; 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|