+Artikolu 92 Riżoluzzjoni tal-grupp
---+Artikolu 92 1.
---+Artikolu 92 2.
---+Artikolu 92 3.
---+Artikolu 92 4.
---+Artikolu 92 5.
---+Artikolu 92 6.
---+Artikolu 92 7.
|
Artikolu 92 Riżoluzzjoni tal-grupp
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 92 1.
|
Fejn awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp tiddeċiedi li impriża prinċipali tal-Unjoni li għaliha hija responsabbli tissodisfa l-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 32 jew 33, hi għandha tinnotifika mingħajr dewmien l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 91(1) lis-superviżur tal-konsolidazzjoni, jekk tkun differenti, u lill-membri l-oħrajn tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni tal-grupp inkwistjoni. L-azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni jew il-miżuri ta’ insolvenza għall-finijiet tal-punt (b) tal-Artikolu 91(1) jistgħu jinkludu l-implimentazzjoni ta’ skema ta’ riżoluzzjoni tal-grupp imfassla f’konformità mal-Artikolu 91(6) fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:
(a)
azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni jew miżuri oħrajn fil-livell tal-impriża prinċipali innotifikati f’konformità mal-Artikolu 91(1), jagħmluha probabbli li l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 32 jew 33 jiġu sodisfatti b’rabta mal-entità fi grupp fi Stat Membru ieħor.
(b)
l-azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni jew miżuri oħrajn fil-livell tal-impriża prinċipali biss mhumiex biżżejjed biex tiġi stabbilizzata is-sitwazzjoni jew mhuwiex probabbli li jipprovdu l-aħjar eżitu possibbli;
(c)
sussidjarja waħda jew aktar li jilħqu l-kondizzjonijiet msemmija fl-Artikoli 32 jew 33 skont il-ġudizzju tal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni responsabbli għal dawk is-sussidjarji; jew
(d)
l-azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni jew miżuri oħrajn fil-livell tal-grupp ser ikunu ta’ benefiċċju għas-sussidjarji tal-grupp b’mod li skema ta’ riżoluzzjoni tal-grupp titqies xierqa.
|
|
Artikolu 92 2.
|
Meta l-azzjonijiet proposti mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp skont il-paragrafu 1 ma jinkludux skema ta’ riżoluzzjoni tal-grupp, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha wara li tikkonsulta l-membri tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni. Id-deċiżjoni tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp għandha tikkunsidra:
(a)
u ssegwi l-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 13 sakemm l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni ma jivvalutawx, b’kunsiderazzjoni taċ-ċirkostanzi tal-każ, li l-għanijiet ta’ riżoluzzjoni jkunu jistgħu jinkisbu b’mod aktar effikaċi bit-teħid ta’ azzjonijiet li mhumiex provduti fil-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni;
(b)
l-istabbiltà finanzjarja tal-Istati Membri kkonċernati.
|
|
Artikolu 92 3.
|
Fejn l-azzjonjiet proposti mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp skont il-paragrafu 1 jinkludu skema ta’ riżoluzzjoni tal-grupp, l-iskema ta’ riżoluzzjoni tal-grupp għandha tieħu l-forma ta’ deċiżjoni konġunta tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp u l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni responsabbli għas-sussidjarji li huma koperti mill-iskema ta’ riżoluzzjoni tal-grupp. L-ABE tista’ fuq talba tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni tgħin lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jilħqu deċiżjoni konġunta bi qbil mal-Artikolu 31(c) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
|
Artikolu 92 4.
|
Jekk kwalunkwe awtorità ta’ riżoluzzjoni ma taqbilx jew tmur lil hinn mill-iskema ta’ riżoluzzjoni tal-grupp proposta mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp jew tqis li għandha tieħu azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni indipendenti jew miżuri differenti minn dawk proposti fl-iskema fir-rigward ta’ istituzzjoni jew entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) għal raġunijiet ta’ stabbiltà finanzjarja, hi għandha tistabbilixxi fid-dettall ir-raġunijiet tagħha ta’ nuqqas ta’ qbil jew ir-raġunijiet għaliex għandha tmur lil hinn mill-iskema ta’ riżoluzzjoni tal-grupp, tinnotifika l-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp u lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni l-oħrajn li huma koperti mill-iskema ta’ riżoluzzjoni tal-grupp bir-raġunijiet u tinformahom dwar l-azzjonijiet jew il-miżuri li ser tieħu. Meta tistabbilixxi r-raġunijiet tagħha ta’ nuqqas ta’ qbil, dik l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tikkunsidra l-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 13 dwar l-impatt potenzjali fuq l-istabbiltà finanzjarja fl-Istati Membri kkonċernati kif ukoll l-effett potenzjali tal-azzjonijiet jew il-miżuri fuq partijiet oħrajn tal-grupp.
|
|
Artikolu 92 5.
|
L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni li qablu mal-iskema ta’ riżoluzzjoni tal-grupp skont il-paragrafu 4 jistgħu jaslu għal deċiżjoni konġunta dwar l-iskema ta’ riżoluzzjoni tal-grupp li tkopri l-entitajiet tal-grupp fl-Istat Membru tagħhom.
|
|
Artikolu 92 6.
|
Id-deċiżjoni konġunta msemmija fil-paragrafu 3 jew 5 u d-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni fin-nuqqas ta’ deċiżjoni konġunta msemmija fil-paragrafu 4 għandhom jiġu rikonoxxuti bħala konklużivi u applikati mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni fl-Istati Membri kkonċernati.
|
|
Artikolu 92 7.
|
L-awtoritajiet għandhom iwettqu l-azzjonijiet kollha skont dan l-Artikolu mingħajr dewmien, u b’kunsiderazzjoni xierqa għall-urġenza tas-sitwazzjoni. Fi kwalunkwe każ fejn skema ta’ riżoluzzjoni tal-grupp ma tiġix implimentata u l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jieħdu azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni fir-rigward ta’ kwalunkwe entità fi grupp, dawk l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jikkooperaw mill-qrib fil-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni bil-ħsieb li tinkiseb strateġija ta’ riżoluzzjoni kkoordinata għall-entitajiet tal-grupp kollha affettwati. L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni li jieħdu kwalunkwe azzjoni ta’ riżoluzzjoni fir-rigward ta’ kwalunkwe entità fi grupp għandhom jinformaw lill-membri tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni regolarment u b’mod sħiħ dwar dawk l-azzjonijiet jew il-miżuri u l-progress kontinwu tagħhom.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|