+Artikolu 92 1.

Artikolu 92 1.

Fejn awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp tiddeċiedi li impriża prinċipali tal-Unjoni li għaliha hija responsabbli tissodisfa l-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 32 jew 33, hi għandha tinnotifika mingħajr dewmien l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 91(1) lis-superviżur tal-konsolidazzjoni, jekk tkun differenti, u lill-membri l-oħrajn tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni tal-grupp inkwistjoni.

L-azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni jew il-miżuri ta’ insolvenza għall-finijiet tal-punt (b) tal-Artikolu 91(1) jistgħu jinkludu l-implimentazzjoni ta’ skema ta’ riżoluzzjoni tal-grupp imfassla f’konformità mal-Artikolu 91(6) fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a) 

azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni jew miżuri oħrajn fil-livell tal-impriża prinċipali innotifikati f’konformità mal-Artikolu 91(1), jagħmluha probabbli li l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 32 jew 33 jiġu sodisfatti b’rabta mal-entità fi grupp fi Stat Membru ieħor.

(b) 

l-azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni jew miżuri oħrajn fil-livell tal-impriża prinċipali biss mhumiex biżżejjed biex tiġi stabbilizzata is-sitwazzjoni jew mhuwiex probabbli li jipprovdu l-aħjar eżitu possibbli;

(c) 

sussidjarja waħda jew aktar li jilħqu l-kondizzjonijiet msemmija fl-Artikoli 32 jew 33 skont il-ġudizzju tal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni responsabbli għal dawk is-sussidjarji; jew

(d) 

l-azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni jew miżuri oħrajn fil-livell tal-grupp ser ikunu ta’ benefiċċju għas-sussidjarji tal-grupp b’mod li skema ta’ riżoluzzjoni tal-grupp titqies xierqa.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.