+Artikolu 101 Użu tal-arranġamenti tal-finanzjament tar-riżoluzzjoni
---+Artikolu 101 1.
---+Artikolu 101 2.

Artikolu 101 Użu tal-arranġamenti tal-finanzjament tar-riżoluzzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 101 1.

L-arranġamenti tal-finanzjament stabbiliti skont l-Artikolu 100 jistgħu jintużaw mill-awtorità tar-riżoluzzjoni biss sal-punt meħtieġ biex tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva tal-għodod tar-riżoluzzjoni, għall-iskopijiet li ġejjin:

(a) 

biex jiggarantixxu l-assi jew l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, tas-sussidjarji tagħha, tal-istituzzjoni tranżitorja jew ta’ vettura tal-immaniġġar tal-assi;

(b) 

biex jagħtu self lill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, lis-sussidjarji tagħha, lill-istituzzjoni tranżitorja jew lil vettura tal-immaniġġar tal-assi;

(c) 

biex jinxtraw assi tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni;

(d) 

biex tagħmel kontribuzzjonijiet lil istituzzjoni tranżitorja u lill-vettura tal-immaniġġjar tal-assi;

(e) 

biex jitħallas kumpens lill-azzjonisti jew il-kredituri f’konformità mal-Artikolu 75;

(f) 

biex issir kontribuzzjoni lill-istituzzjoni f’riżoluzzjoni minflok il-valutazzjoni negattiva jew konverżjoni tal-obbligazzjonijiet ta’ ċerti kredituri, meta tiġi applikata l-għodda ta’ rikapitalizzazzjoni interna u l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tiddeċiedi li teskludi ċerti kredituri minn l-ambitu tar-rikapitalizzazzjoni interna skont l-Artikolu 44(3) sa (8);

(g) 

biex jagħtu self lil arranġamenti ta’ finanzjament oħrajn fuq bażi volontarja skont l-Artikolu 106;

(h) 

biex tieħu kwalunkwe kombinazzjoni ta’ azzjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (g).

L-arranġamenti ta’ finanzjament jistgħu jintużaw sabiex jittieħdu l-azzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu anke fir-rigward tal-akkwirent fil-kuntest tal-għodda tal-bejgħ tan-negozju.

Artikolu 101 2.
L-arranġament ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni ma għandux jintuża direttament għall-assorbiment ta’ telf ta’ istituzzjoni jew entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) jew għar-rikapitalizzazzjoni ta’ din it-tip ta’ istituzzjoni jew entità. Fil-każ li l-użu tal-arranġament ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu indirettament jirriżulta fit-trasferiment ta’ parti mit-telf ta’ istituzzjoni jew entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) lill-arranġament ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni, għandhom japplikaw il-prinċipji li jirregolaw l-użu tal-arranġament ta’ finanzjament tar-riżoluzzjoni stipulati fl-Artikolu 44.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.