|
+Artikolu 101 1. |
Artikolu 101 1.L-arranġamenti tal-finanzjament stabbiliti skont l-Artikolu 100 jistgħu jintużaw mill-awtorità tar-riżoluzzjoni biss sal-punt meħtieġ biex tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva tal-għodod tar-riżoluzzjoni, għall-iskopijiet li ġejjin:
(a)
biex jiggarantixxu l-assi jew l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, tas-sussidjarji tagħha, tal-istituzzjoni tranżitorja jew ta’ vettura tal-immaniġġar tal-assi;
(b)
biex jagħtu self lill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, lis-sussidjarji tagħha, lill-istituzzjoni tranżitorja jew lil vettura tal-immaniġġar tal-assi;
(c)
biex jinxtraw assi tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni;
(d)
biex tagħmel kontribuzzjonijiet lil istituzzjoni tranżitorja u lill-vettura tal-immaniġġjar tal-assi;
(e)
biex jitħallas kumpens lill-azzjonisti jew il-kredituri f’konformità mal-Artikolu 75;
(f)
biex issir kontribuzzjoni lill-istituzzjoni f’riżoluzzjoni minflok il-valutazzjoni negattiva jew konverżjoni tal-obbligazzjonijiet ta’ ċerti kredituri, meta tiġi applikata l-għodda ta’ rikapitalizzazzjoni interna u l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tiddeċiedi li teskludi ċerti kredituri minn l-ambitu tar-rikapitalizzazzjoni interna skont l-Artikolu 44(3) sa (8);
(g)
biex jagħtu self lil arranġamenti ta’ finanzjament oħrajn fuq bażi volontarja skont l-Artikolu 106;
(h)
biex tieħu kwalunkwe kombinazzjoni ta’ azzjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (g). L-arranġamenti ta’ finanzjament jistgħu jintużaw sabiex jittieħdu l-azzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu anke fir-rigward tal-akkwirent fil-kuntest tal-għodda tal-bejgħ tan-negozju. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|