|
+Artikolu 108 1. |
Artikolu 108 1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fil-liġijiet nazzjonali tagħhom li jirregolaw l-proċeduri ta’ insolvenza normali:
(a)
dawn li ġejjin ikollhom l-istess klassifikazzjoni ta’ prijorità li tkun ogħla mill-klassifikazzjoni prevista għall-pretensjonijiet ta’ kredituri mhux garantiti ordinarji:
(i)
dik il-parti tad-depożiti eliġibbli minn persuni fiżiċi u minn impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju li taqbeż il-livell ta’ kopertura previst fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2014/49/UE;
(ii)
depożiti minn persuni fiżiċi u minn impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju li jkunu depożiti eliġibbli kieku mhux għall-fatt li jkunu saru permezz ta’ fergħat barra mill-Unjoni ta’ istituzzjonijiet stabbiliti fi ħdan l-Unjoni.
(b)
dawn li ġejjin ikollhom l-istess klassifikazzjoni ta’ prijorità li tkun ogħla mill-klassifikazzjoni prevista fil-punt (a):
(i)
depożiti koperti;
(ii)
skemi ta’ garanzija ta’ depożiti surrogati għad-drittijiet u l-obbligazzjonijiet ta’ depożitanti koperti f’insolvenza. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|