|
+Artikolu 129 Reviżjoni |
Artikolu 129 ReviżjoniArtikolu 129 Reviżjoni Sal-1 ta’ Ġunju 2018, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva u għandha tressaq rapport dwaru lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Hija għandha tivvaluta partikolarment dan li ġej:
(a)
abbażi tar-rapport mill-ABE msemmi fl-Artikolu 4(7), il-ħtieġa għal emendi fir-rigward li jiġu mminimizzati d-diverġenzi fil-livell nazzjonali;
(b)
abbażi tar-rapport mill-ABE msemmi fl-Artikolu 45(16), il-ħtieġa għal emendi fir-rigward li jiġu mminimizzati d-diverġenzi fil-livell nazzjonali;
(c)
il-funzjonament u l-effikaċja tar-rwol konferit lill-ABE f’din id-Direttiva, inkluż fit-twettiq tal-medjazzjoni. Fejn xieraq, dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġislattiva. Minkejja r-reviżjoni prevista fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha sat-3 ta’ Lulju 2017, tanalizza speċifikament l-applikazzjoni tal-Artikoli 13, 18 u 45 fir-rigward tas-setgħat tal-ABE li twettaq medjazzjoni vinkolanti biex jittieħed kont tal-iżviluppi futuri fil-liġi tas-servizzi finanzjarji. Dak ir-rapport u kwalunkwe proposta li takkumpanjah, kif xieraq, għandhom jiġu ppreżentati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Sal-31 ta’ Diċembru 2022, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-impatt tas-sottoskrizzjoni indiretta tal-istrumenti eliġibbli biex jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli bil-kondizzjonijiet ekwivalenti bejn it-tipi differenti ta’ strutturi ta’ gruppi bankarji, inkluż fejn il-gruppi jkollhom kumpanija li topera bejn il-kumpanija azzjonarja identifikata bħala entità ta’ riżoluzzjoni u s-sussidjarji tagħha. Hija għandha tivvaluta b’mod partikolari dan li ġej:
(a)
il-possibbiltà li l-entitajiet li huma stess mhumiex entitajiet ta’ riżoluzzjoni jitħallew jikkonformaw mar-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli fuq bażi konsolidata;
(b)
it-trattament, skont ir-regoli li jirregolaw ir-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, ta’ entitajiet li l-pjan ta’ riżoluzzjoni tagħhom jipprevedi li dawn għandhom jiġu stralċjati skont proċedimenti normali ta’ insolvenza;
(c)
l-adegwatezza tal-limitazzjoni tal-ammont ta’ tnaqqis meħtieġ skont l-Artikolu 72e(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Il-Kummissjoni għandha tressaq rapport dwar dan quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill. Fejn xieraq, dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva, filwaqt li titqies id-data tal-applikazzjoni tal-Artikolu 72e(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|