+TITOLU XI DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
---+Artikolu 127 Kumitat tar-Riżoluzzjoni tal-ABE
---+Artikolu 128 Kooperazzjoni u skambju ta’ informazzjoni fost l-istituzzjonijiet u l-awtoritajiet
------+Artikolu 128 1.
------+Artikolu 128 2.
------+Artikolu 128 3.
---+Artikolu 128a Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew
------+Artikolu 128a 1.
------+Artikolu 128a 2.
------+Artikolu 128a 3.
------+Artikolu 128a 4.
------+Artikolu 128a 5.
------+Artikolu 128a 6.
------+Artikolu 128a 7.
---+Artikolu 129 Reviżjoni
---+Artikolu 130 Traspożizzjoni
------+Artikolu 130 1.
------+Artikolu 130 2.
------+Artikolu 130 3.
---+Artikolu 131 Dħul fis-seħħ
---+Artikolu 132 Indirizzati

TITOLU XI DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

TITOLU XI DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 127 Kumitat tar-Riżoluzzjoni tal-ABE

Artikolu 127

Kumitat tar-Riżoluzzjoni tal-ABE

L-ABE għandha toħloq kumitat intern permanenti f’konformità mal-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 għall-għan li jħejji d-deċiżjonijiet tal-ABEli għandhom jittieħdu bi qbil mal-Artikolu 44 tagħha, inklużi deċiżjonijiet relattivi għall-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji u l-abbozz tal-implimentazzjoni ta’ standards tekniċi, fir-rigward ta’ kompiti li jkunu ngħataw lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni kif stipulat f’din id-Direttiva. B’mod partikolari, skont l-Artikolu 38(1) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tiegħu l-ABE għandha tiżgura li l-ebda deċiżjoni msemmija f’dak l-Artikolu ma taffettwa b’xi mod ir-responsabbiltajiet fiskali tal-Istati Membri. Dak il-kumitat intern għandu jkun kompost mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 3 ta’ din id-Direttiva.

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, l-ABE għandha tikkoopera mal-ESMA u mal-EIOPA fi ħdan il-qafas tal-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej stabbilit fl-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u r-Regolament (UE) Nru 1095/2011.

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, l-ABE għandha tiżgura separazzjoni strutturali bejn il-kumitat ta’ riżoluzzjoni u funzjonijiet oħra msemmija fir-Regolament (UE) Nru 1093/2010. Il-kumitat ta’ riżoluzzjoni għandu jippromwovi l-iżvilupp u l-koordinament ta’ pjanijiet ta’ riżoluzzjoni u l-iżvilupp ta’ metodi ta’ riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji li qed ifallu.

Artikolu 128 Kooperazzjoni u skambju ta’ informazzjoni fost l-istituzzjonijiet u l-awtoritajiet
Artikolu 128a Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew
Artikolu 129 Reviżjoni

Artikolu 129

Reviżjoni

Sal-1 ta’ Ġunju 2018, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva u għandha tressaq rapport dwaru lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Hija għandha tivvaluta partikolarment dan li ġej:

(a) 

abbażi tar-rapport mill-ABE msemmi fl-Artikolu 4(7), il-ħtieġa għal emendi fir-rigward li jiġu mminimizzati d-diverġenzi fil-livell nazzjonali;

(b) 

abbażi tar-rapport mill-ABE msemmi fl-Artikolu 45(16), il-ħtieġa għal emendi fir-rigward li jiġu mminimizzati d-diverġenzi fil-livell nazzjonali;

(c) 

il-funzjonament u l-effikaċja tar-rwol konferit lill-ABE f’din id-Direttiva, inkluż fit-twettiq tal-medjazzjoni.

Fejn xieraq, dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġislattiva.

Minkejja r-reviżjoni prevista fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha sat-3 ta’ Lulju 2017, tanalizza speċifikament l-applikazzjoni tal-Artikoli 13, 18 u 45 fir-rigward tas-setgħat tal-ABE li twettaq medjazzjoni vinkolanti biex jittieħed kont tal-iżviluppi futuri fil-liġi tas-servizzi finanzjarji. Dak ir-rapport u kwalunkwe proposta li takkumpanjah, kif xieraq, għandhom jiġu ppreżentati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

▼M7

Sal-31 ta’ Diċembru 2022, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-impatt tas-sottoskrizzjoni indiretta tal-istrumenti eliġibbli biex jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli bil-kondizzjonijiet ekwivalenti bejn it-tipi differenti ta’ strutturi ta’ gruppi bankarji, inkluż fejn il-gruppi jkollhom kumpanija li topera bejn il-kumpanija azzjonarja identifikata bħala entità ta’ riżoluzzjoni u s-sussidjarji tagħha. Hija għandha tivvaluta b’mod partikolari dan li ġej:

(a) 

il-possibbiltà li l-entitajiet li huma stess mhumiex entitajiet ta’ riżoluzzjoni jitħallew jikkonformaw mar-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli fuq bażi konsolidata;

(b) 

it-trattament, skont ir-regoli li jirregolaw ir-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, ta’ entitajiet li l-pjan ta’ riżoluzzjoni tagħhom jipprevedi li dawn għandhom jiġu stralċjati skont proċedimenti normali ta’ insolvenza;

(c) 

l-adegwatezza tal-limitazzjoni tal-ammont ta’ tnaqqis meħtieġ skont l-Artikolu 72e(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Il-Kummissjoni għandha tressaq rapport dwar dan quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill. Fejn xieraq, dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva, filwaqt li titqies id-data tal-applikazzjoni tal-Artikolu 72e(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

▼B

Artikolu 130 Traspożizzjoni
Artikolu 131 Dħul fis-seħħ

Artikolu 131

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 124 għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2015.

Artikolu 132 Indirizzati

Artikolu 132

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.