+Artikolu 1 Stabbiliment u ambitu tal-azzjoni
---+Artikolu 1 1.
---+Artikolu 1 2.
---+Artikolu 1 3.
---+Artikolu 1 4.
---+Artikolu 1 5.
---+Artikolu 1 6.
|
Artikolu 1 Stabbiliment u ambitu tal-azzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 1 1.
|
Dan ir-Regolament jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) (minn hawn ’ilquddiem, “l-Awtorità”).
|
|
Artikolu 1 2.
|
►M9
L-Awtorità għandha taġixxi fil-limiti tas-setgħat mogħtija lilha b’dan ir-Regolament u fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2002/87/KE, tad-Direttiva 2008/48/KE (
1
), tad-Direttiva 2009/110/KE, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (
2
), tad-Direttiva 2013/36/UE (
3
), tad-Direttiva 2014/49/UE (
4
), tad-Direttiva 2014/92/UE (
5
), tad-Direttiva (UE) 2015/2366 (
6
), tar-Regolament (UE) 2023/1114 (
7
) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u, sa fejn dawk l-atti japplikaw għall-istituzzjonijiet finanzjarji u ta’ kreditu u l-awtoritajiet kompetenti li jissorveljawhom, fil-limiti tal-partijiet rilevanti tad-Direttiva 2002/65/KE, inklużi d-direttivi, ir-regolamenti u d-deċiżjonijiet kollha bbażati fuq dawk l-atti, u ta’ kwalunkwe att legalment vinkolanti ieħor tal-Unjoni li jikkonferixxi kompiti lill-Awtorità. L-Awtorità għandha taġixxi wkoll f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 (
8
). ◄
|
|
Artikolu 1 3.
|
L-Awtorità għandha taġixxi fil-qasam tal-attivitajiet tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, il-konglomerati finanzjarji, id-ditti tal-investiment, l-istituzzjonijiet ta’ pagament u l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi relattivament għal kwistjonijiet li mhumiex koperti direttament mill-atti leġislattivi msemmija fil-paragrafu 2, inklużi kwistjonijiet ta’ governanza korporattiva, verifika u rappurtar finanzjarju, filwaqt li tqis il-mudelli ta’ negozju sostenibbli u l-integrazzjoni ta’ fatturi relatati ambjentali, soċjali u ta’ governanza, sakemm tali azzjonijiet ikunu meħtieġa biex tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva u konsistenti ta’ dawk l-atti.
|
|
Artikolu 1 4.
|
Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament huma mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni, b’mod partikolari skont l-Artikolu 258 TFUE, sabiex tiżgura konformità mal-liġi tal-Unjoni.
|
|
Artikolu 1 5.
|
L-għan tal-Awtorità għandu jkun li tipproteġi l-interess pubbliku billi tikkontribwixxi għall-istabbiltà u l-effettività fuq żmien qasir, medju u twil tas-sistema finanzjarja, għall-ekonomija tal-Unjoni, iċ-ċittadini u n-negozji tagħha. L-awtorità għandha, fi ħdan il-kompetenzi rispettivi tagħha, tikkontribwixxi sabiex:
▼B
(a)
jitjieb l-operat tas-suq intern, inkluż, b’mod partikolari, livell sod, effikaċi u konsistenti ta’ regolamentazzjoni u superviżjoni,
(b)
jiġu żgurati l-integrità, it-trasparenza, l-effikaċja u l-operat ordnat tas-swieq finanzjarji,
(ċ)
tissaħħaħ il-koordinazzjoni superviżorja internazzjonali,
(d)
jiġi evitat l-arbitraġġ regolatorju u tingħata promozzjoni għal kondizzjonijiet ugwali tal-kompetizzjoni,
▼M8
(e)
jiġi żgurat li t-teħid ta’ riskji ta’ kreditu u riskji oħrajn ikunu regolati u sorveljati kif xieraq,
(f)
tissaħħaħ il-protezzjoni tal-klijent u tal-konsumatur, u
▼M8
(g)
tittejjeb il-konverġenza superviżorja fis-suq intern kollu.
▼M10 —————
▼M8
Għal dawk il-finijiet, l-Awtorità għandha tikkontribwixxi sabiex tiżgura l-applikazzjoni konsistenti, effiċjenti u effikaċi tal-atti msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, tkattar il-konverġenza superviżorja, u tipprovdi opinjonijiet f’konformità mal-Artikolu 16a lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, u lill-Kummissjoni.
▼B
Fl-eżerċizzju tal-kompiti konferiti lilha permezz ta’ dan ir-Regolament, l-Awtorità għandha tagħti attenzjoni partikolari lil kwalunkwe riskju sistemiku fir-rigward tal-istituzzjonijiet finanzjarji li n-nuqqas tagħhom jista’ jxekkel l-operat tas-sistema finanzjarja jew l-ekonomija reali.
▼M8
Fit-twettiq tal-kompiti tagħha, l-Awtorità għandha taġixxi indipendentement, oġġettivament u b’mod mhux diskriminatorju u trasparenti, fl-interessi tal-Unjoni kollha kemm hi u għandha tirrispetta, kull fejn ikun rilevanti, il-prinċipju tal-proporzjonalità. L-Awtorità għandha tagħti rendikont u taġixxi b’integrità u għandha tiżgura li l-partijiet interessati kollha jiġu trattati b’mod ġust.
▼M8
Il-kontenut u l-forma tal-azzjonijiet u tal-miżuri tal-Awtorità, b’mod partikolari l-linji gwida, ir-rakkomandazzjonijiet, l-opinjonijiet, il-mistoqsijiet u t-tweġibiet, l-abbozzi ta’ standards regolatorji u l-abbozzi ta’ standards ta’ implimentazzjoni, għandhom jirrispettaw b’mod sħiħ id-dispożizzjonijiet applikabbli ta’ dan ir-Regolament u tal-atti leġislattivi msemmija fil-paragrafu 2. Sa fejn huwa permess u rilevanti taħt dawk id-dispożizzjonijiet, fl-azzjonijiet u l-miżuri tal-Awtorità għandhom, f’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, jitqiesu kif dovut in-natura, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji inerenti għan-negozju ta’ istituzzjoni finanzjarja, impriża, suġġett ieħor jew attività finanzjarja oħra, li jkunu milquta mill-azzjonijiet u mill-miżuri tal-Awtorità.
|
|
Artikolu 1 6.
|
L-Awtorità għandha tistabbilixxi, bħala parti integrali tagħha, kumitat li jkun ta’ konsulenza għaliha dwar kif, f’konformità sħiħa mar-regoli applikabbli, ikun jenħtieġ li l-azzjonijiet u l-miżuri tagħha jqisu d-differenzi speċifiċi prevalenti fis-settur, li jirrigwardaw in-natura, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji, il-mudelli u l-prattika ta’ negozju kif ukoll id-daqs tal-istituzzjonijiet finanzjarji u tas-swieq sa fejn tali fatturi jkunu rilevanti fl-ambitu tar-regoli kkunsidrati.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 31.12.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010R1093
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|