►M9
L-Awtorità għandha taġixxi fil-limiti tas-setgħat mogħtija lilha b’dan ir-Regolament u fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2002/87/KE, tad-Direttiva 2008/48/KE (
1
), tad-Direttiva 2009/110/KE, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (
2
), tad-Direttiva 2013/36/UE (
3
), tad-Direttiva 2014/49/UE (
4
), tad-Direttiva 2014/92/UE (
5
), tad-Direttiva (UE) 2015/2366 (
6
), tar-Regolament (UE) 2023/1114 (
7
) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u, sa fejn dawk l-atti japplikaw għall-istituzzjonijiet finanzjarji u ta’ kreditu u l-awtoritajiet kompetenti li jissorveljawhom, fil-limiti tal-partijiet rilevanti tad-Direttiva 2002/65/KE, inklużi d-direttivi, ir-regolamenti u d-deċiżjonijiet kollha bbażati fuq dawk l-atti, u ta’ kwalunkwe att legalment vinkolanti ieħor tal-Unjoni li jikkonferixxi kompiti lill-Awtorità. L-Awtorità għandha taġixxi wkoll f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 (
8
).
◄