+Artikolu 44 Teħid ta’ deċiżjonijiet
---+Artikolu 44 1.
---+Artikolu 44 2.
---+Artikolu 44 3.
---+Artikolu 44 3a.
---+Artikolu 44 3b.
---+Artikolu 44 4.
---+Artikolu 44 4a.
|
Artikolu 44 Teħid ta’ deċiżjonijiet
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 44 1.
|
Id-Deċiżjonijiet tal-Bord tas-Superviżuri għandhom jittieħdu b’maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu. Kull membru votanti għandu jkollu vot wieħed. Fir-rigward tal-atti speċifikati fl-Artikoli 10 sa 16 ta’ dan ir-Regolament u l-miżuri u d-deċiżjonijiet adottati taħt it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 9(5) ta’ dan ir-Regolament, u l-Kapitolu VI ta’ dan ir-Regolament, u permezz ta’ deroga mill-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, il-Bord tas-Superviżuri għandu jieħu deċiżjonijiet abbażi ta’ maġġoranza kwalifikata tal-membri tiegħu, kif definit fl-Artikolu 16(4) tat-TUE u fl-Artikolu 3 tal-Protokoll (Nru 36) dwar id-dispożizzjonijiet transitorji, li għandha tinkludi mill-inqas maġġoranza sempliċi tal-membri, li jkunu preżenti waqt il-votazzjoni, minn awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li huma Stati Membri parteċipanti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 (“Stati Membri parteċipanti”) u maġġoranza sempliċi tal-membri, li jkunu preżenti waqt il-votazzjoni, minn awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li mhumiex Stati Membri parteċipanti (“Stati Membri mhux parteċipanti”). Il-President ma għandux jivvota dwar id-deċiżjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu. Fir-rigward tal-kompożizzjoni tal-panels skont l-Artikolu 41(2), (3) u (4), u l-membri tal-kumitat ta’ reviżjoni bejn il-pari msemmija fl-Artikolu 30(2), il-Bord tas-Superviżuri, meta jkunu qed jikkunsidraw il-proposti mill-President tiegħu, għandhom jirsistu għal konsensus. Fin-nuqqas ta’ konsensus, id-deċiżjonijiet tal-Bord tas-Superviżuri għandhom jittieħdu minn maġġoranza ta’ tliet kwarti tal-membri votanti tiegħu. Kull membru votanti għandu jkollu vot wieħed. Fir-rigward ta’ deċiżjonijiet adottati taħt l-Artikolu 18(3) u (4), u b’deroga mill-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, il-Bord tas-Superviżuri għandu jieħu deċiżjonijiet abbażi ta’ maġġoranza sempliċi tal-membri votanti tiegħu, li għandha tinkludi maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu minn awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri parteċipanti u maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu minn awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri mhux parteċipanti.
|
|
Artikolu 44 2.
|
Il-laqgħat tal-Bord tas-Superviżuri għandhom jissejħu mill-President fuq l-inizjattiva personali tiegħu stess jew fuq talba minn terz tal-membri tiegħu, u għandhom jitmexxew mill-President.
|
|
Artikolu 44 3.
|
Il-Bord tas-Superviżuri għandu jadotta u jippubblika r-regoli proċedurali tiegħu.
|
|
Artikolu 44 3a.
|
Fir-rigward tad-deċiżjonijiet f’konformità mal-Artikolu 30, il-Bord tas-Superviżuri għandu jivvota dwar id-deċiżjonijiet proposti bl-użu ta’ proċedura bil-miktub. Il-membri votanti tal-Bord tas-Superviżuri għandu jkollhom tmien jiem ta’ xogħol biex jivvotaw. Kull membru votanti għandu jkollu vot wieħed. Id-deċiżjoni proposta għandha titqies adottata sakemm ma jkunx hemm maġġoranza sempliċi tal-membri votanti tal-Bord tas-Superviżuri li joġġezzjonaw. L-astensjonijiet ma għandhomx jingħaddu bħala approvazzjonijiet jew bħala oġġezzjonijiet, u ma għandhomx jitqiesu meta jiġi kkalkulat l-għadd ta’ voti mitfugħa. Jekk tliet membri votanti tal-Bord tas-Superviżuri joġġezzjonaw għall-proċedura bil-miktub, l-abbozz ta’ deċiżjoni għandu jiġi diskuss u deċiż mill-Bord tas-Superviżuri skont il-proċedura stabbilita fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 44 3b.
|
Fir-rigward ta’ deċiżjonijiet skont l-Artikoli 17 u 19, il-Bord tas-Superviżuri għandu jivvota dwar id-deċiżjoni proposta bl-użu ta’ proċedura bil-miktub. Il-membri votanti tal-Bord tas-Superviżuri għandu jkollhom tmint ijiem ta’ xogħol biex jivvotaw. Kull membru votanti għandu jkollu vot wieħed. Id-deċiżjoni proposta għandha titqies adottata sakemm ma jkunx hemm maġġoranza sempliċi tal-membri tagħha minn awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri parteċipanti, jew maġġoranza sempliċi tal-membri tagħha minn awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri mhux parteċipanti, li joġġezzjonaw għaliha. L-astensjonijiet ma għandhomx jingħaddu bħala approvazzjonijiet jew bħala oġġezzjonijiet, u ma għandhomx jitqiesu meta jiġi kkalkulat l-għadd ta’ voti mitfugħa. Jekk tliet membri votanti tal-Bord tas-Superviżuri joġġezzjonaw għall-proċedura bil-miktub, l-abbozz ta’ deċiżjoni għandu jiġi diskuss mill-Bord tas-Superviżuri u jista’ jiġi adottat b’maġġoranza sempliċi tal-membri votanti tal-Bord tas-Superviżuri, li għandha tinkludi maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu minn awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri parteċipanti u maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu minn awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri mhux parteċipanti. B’deroga mill-ewwel subparagrafu, mid-data li fiha erba’ membri votanti jew anqas ikunu minn awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri mhux parteċipanti, id-deċiżjoni proposta għandha tiġi adottata b’maġġoranza sempliċi tal-membri votanti tal-Bord tas-Superviżuri, li għandha tinkludi tal-anqas vot wieħed minn membri minn awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri mhux parteċipanti.
|
|
Artikolu 44 4.
|
Il-membri mingħajr dritt tal-vot u l-osservaturi ma għandhom jattendu għal ebda diskussjoni fi ħdan il-Bord tas-Superviżuri dwar istituzzjonijiet finanzjarji individwali, sakemm ma jkunx previst mod ieħor fl-Artikolu 75(3) jew fl-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2). L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għad-Direttur Eżekuttiv u għar-rappreżentant tal-Bank Ċentrali Ewropew nominat mill-Bord Superviżorju tiegħu.
|
|
Artikolu 44 4a.
|
Il-President tal-Awtorità għandu jkollu l-prerogattiva li jsejjaħ votazzjoni fi kwalunkwe ħin. Mingħajr preġudizzju għal dik is-setgħa u għall-effettività tal-proċeduri għat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Awtorità, il-Bord tas-Superviżuri tal-Awtorità għandu jirsisti għal konsensus fit-teħid ta’ deċiżjonijiet tiegħu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 31.12.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010R1093
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|