|
+Artikolu 2 |
Artikolu 2Artikolu 2 Għall-għan ta’ din id-Direttiva: 1. “ilma mormi urban” tfisser ilma mormi domestiku jew taħlita ta’ ilma mormi domestiku ma' ilma mormi industrijali u/jew ilma tax-xita; 2. “ilma mormi domestiku” ifisser ilma mormi minn żoni residenzjali u servizzi li joriġinaw l-aktar mill-metaboliżmu uman u minn attivitajiet domestiċi; 3. “ilma mormi industrijali” ifisser kull ilma mormi li joħroġ minn bini użat biex jilqa’ fih kull sengħa jew industrija, li mhuwiex la ilma mormi dometiku u lanqas ilma tax-xita moħli; 4. “agglomerazzjoni” tfsser żona fejn il-popolazzjoni u/jew l-attivitajiet ekonomiċi jkunu konċentrati b’mod suffiċjenti sabiex l-ilma mormi urban ikun jista jinġabar u jittieħed f’impjant ta’ trattament ta’ l-ilma mormi urban jew għall-punt ta’ skarikar finali; 5. “sistema ta’ ġbir” tfisser sistema ta’ pajpijiet li tiġbor u tmexxi l-ilma mormi urban; 6. “1 e.p. (ekwivalenti ta’ popolazzjoni)” tfisser it-toqol organiku biodegradabbli li jkollu domanda għall-ossiġenu bio-kemikali ta’ ħamest ijiem (BOD5) ta’ 60 g ta’ ossiġnu kuljum; 7. “trattament primarju” ifisser trattament ta’ ilma mormi urban permezz ta’ proċessi fiżiċi u/jew kemikali li jinvolvu t-tqegħid ta’ solidi sospiżi, jew proċessi oħra li fihom l-BOD5 ta’ l-ilma mormi li jkun dieħel jitnaqqas b’minn ta’ l-anqas 20 % qabel ma dan jintrema, waqt li s-solidi sospiżi totali ta’ l-ilma mormi li jkun dieħel jitnaqqsu b’minn ta’ lanqas 50 %; 8. “trattament sekondarju” ifisser trattament ta’ ilma mormi urban bi proċessi li jinvolvu ġeneralment trattament bioloġiku bi tqegħid sekondarju, jew proċessi oħra li fihom il-kriterji stabbiliti fit-Tabella 1 ta’ l-Anness I huma rispettati; 9. “trattament xieraq” ifisser trattament ta’ ilma mormi urban bi kwalunkwe proċess u/jew sistema ta’ disponiment li wara l-iskarikar jippermetti li l-ilmijiet riċeventi jilħqu l-għanijiet ta’ kwalità u d-dispożizzjonijiet relevanti ta’ din u ta’ Direttivi oħra tal-Komunità; 10. “Ħama” tfisser ħama residwu, kemm jekk tkun ittrattata u kemm jekk le, minn impjanti tat-trattament ta’ ilma mormi urban; 11. “ewtrofikazzjoni” tfisser li l-ilma jkun mogħni b’nutrijenti, speċjalment b’komposti ta’ nitroġenu u/jew fosfru, li jikkawżaw it-tkabbir mgħaġġel ta’ algae u forom aktar għoljin ta’ pjanti ħajjin biex jipproduċu tfixkil mhux mixtieq lill-bilanċ ta’ organiżmi li jkunu preżenti fl-ilma kif ukoll lill-kwalità ta’ l-ilma kkonċernat; 12. “estwarji” tfisser iż-żona transizzjonali f’bokka ta’ xmara bejn l-ilma ħelu u l-ilma kostali. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-limiti esterjuri (lejn il-baħar) ta’ żoni estwarji għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva bħala parti mill-programm ta’ implimentazzjoni f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 17(1) u (2); 13. “ibħra kostali” tfisser l-ilmijiet li jkunu barra l-linja l-baxxa ta’ l-ilma jew barra l-limitu esterjuri taż-żona estwarja. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|