|
+ANNESS V IT-TAGĦRIF LI JRID IKUN JINSAB FIR-RAPPORTI MSEMMIJA F’L-ARTIKOLU 10 |
ANNESS V IT-TAGĦRIF LI JRID IKUN JINSAB FIR-RAPPORTI MSEMMIJA F’L-ARTIKOLU 10
ANNESS V IT-TAGĦRIF LI JRID IKUN JINSAB FIR-RAPPORTI MSEMMIJA F’L-ARTIKOLU 10
1.
Prospett ta’ l-azzjoni preventiva meħuda skond l-Artikolu 4.
2.
Mappa li turi dan li ġej:
(a)
l-ilmijiet identifikati skond l-Artikolu 3(1) u l-Anness I li tindika għal kull tip ta’ ilma liema mill-kriterji f’l-Anness I kien użat għall-iskop ta’ l-identifikazzjoni;
(b)
il-lokazzjoni taż-żoni meqjusa vulnerabbli, bid-distinzjoni bejn żoni eżistenti u żoni nominati mir-rapport ta’ qabel.
3.
Sommarju tar-riżultati tal-monitoraġġ miksub skond l-Artikolu 6, inkluż prospett tal-konsiderazzjonijiet li wasslu għan-nomina ta’ kull żona vulnerabbli u ta’ kull reviżjoni tan-nomini taż-żoni vulnerabbli jew żieda magħhom.
4.
Sommarju tal-programmi ta’ azzjoni imfassla skond l-Artikolu 5 u, b’mod partikolari:
(a)
il-miżuri meħtieġa skond l-Artikolu 5(4)(a) u (b);
(b)
it-tagħrif mitlub minn l-Anness III (4);
(ċ)
kull miżura addizzjonali jew azzjonijiet imsaħħa meħuda skond l-Artikolu 5(5);
(d)
sommarju tar-riżultati tal-programmi ta’ monitoraġġ imħaddma skond l-Artikolu 5(6);
(e)
is-suppożizzjonijiet magħmula mill-Istati Membri dwar iż-żmien li fih l-ilmijiet identifikati skond l-Artikolu 3(1) ikunu x’aktarx mistennija jwieġbu għall-miżura fil-programm ta’ azzjoni, flimkien ma’ indikazzjoni tal-livell ta’ inċertezza imdaħħla f’dawn is-suppożizzjonijiet. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|