|
+L-ANNESS III KRITERJI BIEX IKUNU MAGĦŻULA SITI LI HUMA ELEĠIBBLI BIEX JINTGĦARFU BĦALA SITI TA' IMPORTANZA GĦALL-KOMUNITÀ U NOMINATI BĦALA ŻONI SPEĊJALI TA' KONSERVAZZJONI |
L-ANNESS III KRITERJI BIEX IKUNU MAGĦŻULA SITI LI HUMA ELEĠIBBLI BIEX JINTGĦARFU BĦALA SITI TA' IMPORTANZA GĦALL-KOMUNITÀ U NOMINATI BĦALA ŻONI SPEĊJALI TA' KONSERVAZZJONI
L-ANNESS III KRITERJI BIEX IKUNU MAGĦŻULA SITI LI HUMA ELEĠIBBLI BIEX JINTGĦARFU BĦALA SITI TA' IMPORTANZA GĦALL-KOMUNITÀ U NOMINATI BĦALA ŻONI SPEĊJALI TA' KONSERVAZZJONI STADJU 1: Evalwazzjoni fuq livell nazzjonali ta' l-importanza relattiva tas-siti għal kull tip ta' habitat naturali fl-Anness I u kull speċi fl-Anness II (inkluż it-tipi ta' habitat naturali ta' priorità u l-ispeċi ta' priorità) A. Kriterji ta' evalwazzjoni dwar is-sit għal tip ta' habitat naturali msemmi fl-Anness I
(a)
Kemm hu rappreżentattiv it-tip ta' habitat naturali fis-sit.
(b)
Żona tas-sit koperta bit-tip ta' habitat naturali skond l-area kollha koperta b'dak it-tip ta' habitat naturali fit-territorju nazzjonali.
(ċ)
Ammont ta' konservazzjoni ta' l-istruttura u l-funzjonijiet tat-tip ta' habitat naturali konċernat u l-possibiltajiet ta' ripristinar.
(d)
Stima globali tal-valur tas-sit għall-konservazzjoni tat-tip ta' habitat naturali konċernat. B. Kriterji ta' evalwazzjoni tas-sit għal speċi msemmija fl-Anness II
(a)
Daqs u kobor tal-popolazzjoni ta' l-ispeċi li hemm fis-sit skond il-popolazzjonijiet li hemm fit-territorju nazzjonali.
(b)
Ammont ta' konservazzjoni tal-karatteristiċi ta' l-habitat naturali li huma importanti għall-ispeċi konċernati u l-possibiltajiet ta' ripristinar.
(ċ)
Ammont ta' iżolament tal-popolazzjoni li hemm fis-sit kif imqabbla mal-firxa naturali ta' l-ispeċi.
(d)
Stima globali tal-valur tas-sit għall-konservazzjoni ta' l-ispeċi konċernata.
STADJU 2: Evalwazzjoni ta' l-importanza għall-Komunità tas-siti inklużi fil-listi nazzjonali
1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|