+Artikolu 10a 5.

Artikolu 10a 5.

Meta d-data ppubblikata mill-Eurocontrol turi b’mod ċar li t-traffiku tal-ajru ta’ kull ġimgħa, matul perjodu ta’ ġimagħtejn konsekuttivi, naqas taħt it-80 % tal-livelli tal-2019 tal-ġimgħat korrispondenti, minħabba l-kriżi tal-COVID-19, sitwazzjonijiet epidemjoloġiċi oħra jew bħala effett dirett tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, u li, abbażi tal-previżjonijiet tat-traffiku tal-Eurocontrol, it-tnaqqis fil-livell tat-traffiku tal-ajru meta mqabbel mal-livell fil-perjodu korrispondenti fl-2019 x’aktarx li jippersisti, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 12a biex temenda l-valuri perċentwali stabbiliti fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikolu 8(2), l-Artikolu 10(2) u (4) u l-Artikolu 14(6), l-ewwel subparagrafu, f’firxa ta’ bejn 0 % u 70 % għal kwalunkwe perjodu ta’ skedar li jaqa’ bejn it-30 ta’ Ottubru 2022 u t-28 ta’ Ottubru 2023. Il-valur perċentwali applikat għandu jkun proporzjonali għal-livell tal-previżjonijiet tat-traffiku tal-ajru mill-Eurocontrol.

Meta tadotta dawk l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha tqis l-elementi kollha li ġejjin:

(a) 

id-data ppubblikata mill-Eurocontrol dwar il-livelli tat-traffiku u l-previżjonijiet tat-traffiku;

(b) 

indikaturi relatati mad-domanda għat-trasport bl-ajru tal-passiġġieri u tal-merkanzija, inkluż ix-xejriet dwar il-prenotazzjonijiet bil-quddiem, l-iskedi ppjanati tal-linji tal-ajru, id-daqs tal-flotta, l-użu tal-flotta, u l-fatturi tat-tagħbija;

(c) 

miżuri ta’ awtoritajiet pubbliċi relatati mal-kriżi tal-COVID-19 jew sitwazzjoni epidemjoloġika oħra li tikkawża effett sinifikanti fuq il-livelli tat-traffiku tal-ajru minn u lejn l-ajruporti tal-Unjoni, riprogrammar sfurzat tar-rotot minħabba għeluq tal-ispazju tal-ajru jew projbizzjoni fuq it-trasportaturi tal-ajru tal-Unjoni milli jidħlu fi spazju tal-ajru ta’ pajjiż terz, filwaqt li jitqies il-parir tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Bullettin ta’ Informazzjoni tagħha dwar iż-Żona ta’ Kunflitt;

(d) 

data miċ-Ċentru Ewropew għall-Kontroll tal-Mard u mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar il-COVID-19 jew dwar sitwazzjoni epidemjoloġika oħra kkaratterizzata bħala kontaġjuża ħafna u li aktarx twassal għal tnaqqis serju fir-ritmu tal-ivvjaġġar bl-ajru.

Bil-ħsieb tat-tħejjija tal-iskedi mit-trasportaturi tal-ajru qabel il-perjodu ta’ skedar, il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tadotta dawk l-atti delegati skont dan il-paragrafu qabel il-bidu tal-perjodu ta’ skedar, sabiex it-trasportaturi tal-ajru jkunu jistgħu jippjanaw l-iskedi ta’ titjir tagħhom. Il-Kummissjoni tista’ tadotta tali atti matul il-perjodu ta’ skedar f’każ ta’ ċirkostanzi imprevisti.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 26.10.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:31993R0095
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.