+Artikolu 10a Allokazzjoni ta’ slots b’reazzjoni għal ċerti sitwazzjonijiet ta’ kriżi
---+Artikolu 10a 3.
---+Artikolu 10a 5.
---+Artikolu 10a 5a.
---+Artikolu 10a 6.
---+Artikolu 10a 7.
|
Artikolu 10a Allokazzjoni ta’ slots b’reazzjoni għal ċerti sitwazzjonijiet ta’ kriżi
Allokazzjoni ta’ slots b’reazzjoni għal ċerti sitwazzjonijiet ta’ kriżi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 10a 3.
|
Matul il-perjodu mit-30 ta’ Ottubru 2022 sal-25 ta’ Marzu 2023 u għall-finijiet tal-Artikolu 8(2), l-Artikolu 10(2) u (4) u l-Artikolu 14(6), l-ewwel subparagrafu, jekk trasportatur tal-ajru juri għas-sodisfazzjon tal-koordinatur li opera s-serje ta’ slots li ġiet allokata lilu, kif awtorizzata mill-koordinatur, għal mill-inqas 75 % tal-ħin matul il-perjodu ta’ skedar li għalih ġiet allokata, dak it-trasportatur tal-ajru għandu jkun intitolat l-istess serje ta’ slots għall-perjodu ta’ skedar ekwivalenti li jmiss.
|
|
Artikolu 10a 5.
|
Meta d-data ppubblikata mill-Eurocontrol turi b’mod ċar li t-traffiku tal-ajru ta’ kull ġimgħa, matul perjodu ta’ ġimagħtejn konsekuttivi, naqas taħt it-80 % tal-livelli tal-2019 tal-ġimgħat korrispondenti, minħabba l-kriżi tal-COVID-19, sitwazzjonijiet epidemjoloġiċi oħra jew bħala effett dirett tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, u li, abbażi tal-previżjonijiet tat-traffiku tal-Eurocontrol, it-tnaqqis fil-livell tat-traffiku tal-ajru meta mqabbel mal-livell fil-perjodu korrispondenti fl-2019 x’aktarx li jippersisti, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 12a biex temenda l-valuri perċentwali stabbiliti fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikolu 8(2), l-Artikolu 10(2) u (4) u l-Artikolu 14(6), l-ewwel subparagrafu, f’firxa ta’ bejn 0 % u 70 % għal kwalunkwe perjodu ta’ skedar li jaqa’ bejn it-30 ta’ Ottubru 2022 u t-28 ta’ Ottubru 2023. Il-valur perċentwali applikat għandu jkun proporzjonali għal-livell tal-previżjonijiet tat-traffiku tal-ajru mill-Eurocontrol. Meta tadotta dawk l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha tqis l-elementi kollha li ġejjin:
(a)
id-data ppubblikata mill-Eurocontrol dwar il-livelli tat-traffiku u l-previżjonijiet tat-traffiku;
(b)
indikaturi relatati mad-domanda għat-trasport bl-ajru tal-passiġġieri u tal-merkanzija, inkluż ix-xejriet dwar il-prenotazzjonijiet bil-quddiem, l-iskedi ppjanati tal-linji tal-ajru, id-daqs tal-flotta, l-użu tal-flotta, u l-fatturi tat-tagħbija;
(c)
miżuri ta’ awtoritajiet pubbliċi relatati mal-kriżi tal-COVID-19 jew sitwazzjoni epidemjoloġika oħra li tikkawża effett sinifikanti fuq il-livelli tat-traffiku tal-ajru minn u lejn l-ajruporti tal-Unjoni, riprogrammar sfurzat tar-rotot minħabba għeluq tal-ispazju tal-ajru jew projbizzjoni fuq it-trasportaturi tal-ajru tal-Unjoni milli jidħlu fi spazju tal-ajru ta’ pajjiż terz, filwaqt li jitqies il-parir tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Bullettin ta’ Informazzjoni tagħha dwar iż-Żona ta’ Kunflitt;
(d)
data miċ-Ċentru Ewropew għall-Kontroll tal-Mard u mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar il-COVID-19 jew dwar sitwazzjoni epidemjoloġika oħra kkaratterizzata bħala kontaġjuża ħafna u li aktarx twassal għal tnaqqis serju fir-ritmu tal-ivvjaġġar bl-ajru.
Bil-ħsieb tat-tħejjija tal-iskedi mit-trasportaturi tal-ajru qabel il-perjodu ta’ skedar, il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tadotta dawk l-atti delegati skont dan il-paragrafu qabel il-bidu tal-perjodu ta’ skedar, sabiex it-trasportaturi tal-ajru jkunu jistgħu jippjanaw l-iskedi ta’ titjir tagħhom. Il-Kummissjoni tista’ tadotta tali atti matul il-perjodu ta’ skedar f’każ ta’ ċirkostanzi imprevisti.
|
|
Artikolu 10a 5a.
|
Meta l-Kummissjoni ssib li minħabba l-qerda tal-infrastruttura u l-impatt fuq il-kundizzjonijiet tal-għajxien ikkawżati mill-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, ir-restawr gradwali tat-traffiku tal-ajru bejn l-Ukrajna u l-Unjoni jkun jeħtieġ tnaqqis fir-rata tal-użu għar-rotot li jservu lill-Ukrajna, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 12a biex temenda l-valuri perċentwali stabbiliti fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikolu 8(2), l-Artikolu 10(2) u (4) u l-Artikolu 14(6), l-ewwel subparagrafu, f’firxa ta’ bejn 0 % u 70 % għas-slots użati għar-rotot minn u lejn l-Ukrajna għal kwalunkwe perjodu ta’ skedar fil-perjodu li jaqa’ bejn it-30 ta’ Ottubru 2022 u t-28 ta’ Ottubru 2023. Meta tadotta dawk l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha tqis l-elementi li ġejjin:
(a)
id-data ppubblikata mill-Eurocontrol dwar il-livelli tat-traffiku u l-previżjonijiet tat-traffiku tar-rotot bejn l-Unjoni u l-Ukrajna;
(b)
indikaturi relatati mad-domanda għat-trasport bl-ajru tal-passiġġieri u tal-merkanzija, inkluż ix-xejriet fil-prenotazzjonijiet bil-quddiem u l-iskedi ppjanati tal-linji tal-ajru;
(c)
riprogrammar sfurzat tar-rotot minħabba għeluq tal-ispazju tal-ajru jew projbizzjoni fuq it-trasportaturi tal-ajru tal-Unjoni milli jidħlu fi spazju tal-ajru ta’ pajjiż terz filwaqt li jitqies il-parir tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Bullettin ta’ Informazzjoni tagħha dwar iż-Żona ta’ Kunflitt.
|
|
Artikolu 10a 6.
|
Meta, bħala riżultat tal-impatt fit-tul tal-kriżi tal-COVID-19, ta’ sitwazzjonijiet epidemjoloġiċi oħra jew tal-effetti diretti tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, ikun hemm raġunijiet imperattivi ta’ urġenza li jeżiġu dan, il-proċedura prevista fl-Artikolu 12b għandha tapplika għall-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 10a 7.
|
Matul perjodu meta s-solliev mill-użu tas-slots japplika skont il-paragrafu 3, 5 jew 5a ta’ dan l-Artikolu, it-trasportaturi tal-ajru għandhom jagħmlu disponibbli kull slot li ma jkunx beħsiebhom jużaw, sa tliet ġimgħat qabel id-data ppjanata tal-operat, ħalli l-koordinatur jirriallokahom lil trasportaturi tal-ajru oħrajn. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10(4) u (4a), fejn trasportatur tal-ajru jonqos milli jagħmel disponibbli lill-koordinatur aktar minn tliet slots f’serje f’konformità ma’ dan il-paragrafu, dak it-trasportatur għandu jkun intitolat għas-serje kollha tas-slots fil-perjodu ta’ skedar ekwivalenti li jmiss biss jekk is-serje kollha tas-slots tkun ġiet operata, jew jekk is-serje kollha tas-slots titqies li tkun ġiet operata f’konformità mal-Artikolu 10(4b), mit-trasportatur għal mill-inqas 80 % tal-ħin, irrispettivament minn jekk l-Artikolu 8(2) u l-Artikolu 10(2) ikunux ġewx emendati mill-att delegat imsemmi f’dan l-Artikolu. Ilmenti u drittijiet ta' appell
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 26.10.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:31993R0095
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|