|
+Artikolu 10a 5a. |
Artikolu 10a 5a.Meta l-Kummissjoni ssib li minħabba l-qerda tal-infrastruttura u l-impatt fuq il-kundizzjonijiet tal-għajxien ikkawżati mill-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, ir-restawr gradwali tat-traffiku tal-ajru bejn l-Ukrajna u l-Unjoni jkun jeħtieġ tnaqqis fir-rata tal-użu għar-rotot li jservu lill-Ukrajna, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 12a biex temenda l-valuri perċentwali stabbiliti fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikolu 8(2), l-Artikolu 10(2) u (4) u l-Artikolu 14(6), l-ewwel subparagrafu, f’firxa ta’ bejn 0 % u 70 % għas-slots użati għar-rotot minn u lejn l-Ukrajna għal kwalunkwe perjodu ta’ skedar fil-perjodu li jaqa’ bejn it-30 ta’ Ottubru 2022 u t-28 ta’ Ottubru 2023. Meta tadotta dawk l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha tqis l-elementi li ġejjin:
(a)
id-data ppubblikata mill-Eurocontrol dwar il-livelli tat-traffiku u l-previżjonijiet tat-traffiku tar-rotot bejn l-Unjoni u l-Ukrajna;
(b)
indikaturi relatati mad-domanda għat-trasport bl-ajru tal-passiġġieri u tal-merkanzija, inkluż ix-xejriet fil-prenotazzjonijiet bil-quddiem u l-iskedi ppjanati tal-linji tal-ajru;
(c)
riprogrammar sfurzat tar-rotot minħabba għeluq tal-ispazju tal-ajru jew projbizzjoni fuq it-trasportaturi tal-ajru tal-Unjoni milli jidħlu fi spazju tal-ajru ta’ pajjiż terz filwaqt li jitqies il-parir tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Bullettin ta’ Informazzjoni tagħha dwar iż-Żona ta’ Kunflitt. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|