+Artikolu 5 Użu mill-ġdid
---+Artikolu 5 1.
---+Artikolu 5 2.
---+Artikolu 5 3.
---+Artikolu 5 4.
---+Artikolu 5 5.
|
Artikolu 5 Użu mill-ġdid
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 5 1.
|
F’konformità mal-ġerarkija tal-iskart stipulata fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/98/KE, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jinkoraġġixxu żieda fis-sehem ta’ imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża li jitqiegħed fis-suq u ta’ sistemi għall-użu mill-ġdid tal-imballaġġ b’mod ambjentalment korrett u f’konformità mat-Trattat, mingħajr ma jikkompromettu l-iġjene tal-ikel jew is-sikurezza tal-konsumaturi. Dawn il-miżuri jistgħu jinkludu, inter alia:
(a)
l-użu ta’ skemi ta’ imballaġġ ritornabbli;
(b)
l-istabbiliment ta’ miri kwalitattivi jew kwantitattivi;
(c)
l-użu ta’ inċentivi ekonomiċi;
(d)
l-istabbiliment ta’ perċentwal minimu ta’ imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża li jitqiegħed fis-suq kull sena għal kull fluss ta’ imballaġġ.
|
|
Artikolu 5 2.
|
Stat Membru jista’ jiddeċiedi li jilħaq livell aġġustat tal-miri msemmija fil-punti (f) sa (i) tal-Artikolu 6(1) għal dik is-sena billi jitqies is-sehem medju, fit-tliet snin preċedenti, tal-imballaġġ tal-bejgħ li jista’ jerġa’ jintuża mqiegħed fis-suq għall-ewwel darba u użat mill-ġdid bħala parti minn sistema biex l-imballaġġ jintuża mill-ġdid. Il-livell aġġustat għandu jiġi kkalkolat billi jitnaqqas:
(a)
mill-miri stabbiliti fil-punti (f) u (h) tal-Artikolu 6(1), is-sehem tal-imballaġġ tal-bejgħ li jista’ jerġa’ jintuża msemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu fl-imballaġġ tal-bejgħ kollu mqiegħed fis-suq, u
(b)
mill-miri stabbiliti fil-punti (g) u (i) tal-Artikolu 6(1), is-sehem tal-imballaġġ tal-bejgħ li jista’ jerġa’ jintuża msemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, magħmul mill-materjal tal-imballaġġ rispettiv, fl-imballaġġ tal-bejgħ kollu magħmul mill-materjal imqiegħed fis-suq.
Mhux aktar minn ħames punti perċentwali ta’ sehem bħal dan għandu jittieħed inkunsiderazzjoni għall-kalkolu tal-livell aġġustat rispettiv.
|
|
Artikolu 5 3.
|
Stat Membru jista’ jieħu inkunsiderazzjoni l-ammonti tal-imballaġġ tal-injam li huwa msewwi għall-użu mill-ġdid fil-kalkolu tal-miri stabbiliti fil-punt (f), il-punt (g)(ii), il-punt (h) u l-punt (i)(ii) tal-Artikolu 6(1).
|
|
Artikolu 5 4.
|
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi fl-applikazzjoni tal-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta sal-31 ta’ Marzu 2019 atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli għall-kalkolu, il-verifika u r-rappurtar tad-data, u għall-kalkolu tal-miri skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 21(2).
|
|
Artikolu 5 5.
|
Sal-31 ta’ Diċembru 2024, il-Kummissjoni għandha teżamina d-data dwar imballaġġ li jista’ jintuża mill-ġdid pprovduta mill-Istati Membri skont l-Artikolu 12 u l-Anness III bil-ħsieb li tiġi kkunsidrata l-fattibbiltà tal-issettjar ta’ miri kwantitattivi dwar l-użu mill-ġdid tal-imballaġġ, inklużi r-regoli tal-kalkolu, u kwalunkwe miżura oħra għall-promozzjoni tal-użu mill-ġdid tal-imballaġġ. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, akkumpanjat, fejn xieraq, minn proposta leġiżlattiva,
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 04.07.2018 00:00:00 -Doknr: CELEX:31994L0062
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|