|
+Artikolu 5 1. |
Artikolu 5 1.F’konformità mal-ġerarkija tal-iskart stipulata fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/98/KE, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jinkoraġġixxu żieda fis-sehem ta’ imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża li jitqiegħed fis-suq u ta’ sistemi għall-użu mill-ġdid tal-imballaġġ b’mod ambjentalment korrett u f’konformità mat-Trattat, mingħajr ma jikkompromettu l-iġjene tal-ikel jew is-sikurezza tal-konsumaturi. Dawn il-miżuri jistgħu jinkludu, inter alia:
(a)
l-użu ta’ skemi ta’ imballaġġ ritornabbli;
(b)
l-istabbiliment ta’ miri kwalitattivi jew kwantitattivi;
(c)
l-użu ta’ inċentivi ekonomiċi;
(d)
l-istabbiliment ta’ perċentwal minimu ta’ imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża li jitqiegħed fis-suq kull sena għal kull fluss ta’ imballaġġ. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|