|
+L-Artikolu 6 1. |
L-Artikolu 6 1.Biex ikunu konformi mal-għanijiet ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiksbu l-miri li ġejjin li jkopru t-territorju kollu tagħhom:
(a)
mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2001 bejn 50 % bħala minimu u 65 % bħala massimu bl-użin ta' l-iskart ta' l-ippakkjar għandu jiġi rkuprat jew maħruq f'fabbriki għall-inċinerazzjoni ta' l-iskart bl-irkuprar ta' l-enerġija;
(b)
mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2008 mill-inqas 60 % bl-użin ta' l-iskart ta' l-ippakkjar għandu jiġi rkuprat jew maħruq f'fabbriki għall-inċinerazzjoni ta' l-iskart bl-irkuprar ta' l-enerġija;
(ċ)
mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2001 bejn 25 % bħala minimu u 45 % bħala massimu bl-użin tat-total tal-materjali ta' l-ippakkjar li jkunu fl-iskart ta' l-ippakkjar għandhom jiġu riċiklati b'minimu ta' 15 % bl-użin għal kull materjal ta' l-ippakkjar;
(d)
mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2008 bejn 55 % bħala minimu u 80 % bħala massimu bl-użin ta' l-iskart ta' l-ippakkjar għandu jiġi riċiklat;
(e)
mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2008 il-miri minimi li ġejjin għar-riċiklaġġ tal-materjali misjuba fl-iskart ta' l-ippakkjar għandhom jiġu miksuba:
(i)
60 % bl-użin għall-ħġieġ;
(ii)
60 % bl-użin għall-karta u għat-tavla;
(iii)
50 % bl-użin għall-metalli;
(iv)
22,5 % bl-użin għall-plastik, waqt li jiġi mgħoddi biss il-materjal riċiklat lura għall-plastik;
(v)
15 % bl-użin għall-injam;
(f)
sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2025, minimu ta’ 65 % skont il-piż tal-iskart kollu mill-imballaġġ se jkun riċiklat;
(g)
sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2025, il-miri minimi li ġejjin, skont il-piż, għar-riċiklaġġ se jintlaħqu fir-rigward tal-materjali speċifiċi li ġejjin, li jinstabu fl-iskart mill-imballaġġ:
(i)
50 % tal-plastik;
(ii)
25 % tal-injam;
(iii)
70 % tal-metall ferruż;
(iv)
50 % tal-aluminju;
(v)
70 % tal-ħġieġ;
(vi)
75 % tal-karta u tal-kartun;
(h)
sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2030 minimu ta’ 70 % skont il-piż tal-iskart kollu mill-imballaġġ se jiġi riċiklat;
(i)
sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2030, il-miri minimi li ġejjin, skont il-piż, għar-riċiklaġġ, se jintlaħqu fir-rigward tal-materjali speċifiċi li ġejjin, li jinsabu fl-iskart mill-imballaġġ:
(i)
55 % tal-plastik;
(ii)
30 % tal-injam;
(iii)
80 % tal-metall ferruż;
(iv)
60 % tal-aluminju;
(v)
75 % tal-ħġieġ;
(vi)
85 % tal-karta u tal-kartun. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|