+L-Artikolu 6 Irkuprar u riċiklaġġ
---+L-Artikolu 6 1.
---+L-Artikolu 6 1a.
---+L-Artikolu 6 1b.
---+L-Artikolu 6 1c.
---+L-Artikolu 6 4.
---+L-Artikolu 6 6.
---+L-Artikolu 6 7.
---+L-Artikolu 6 10.
---+L-Artikolu 6 11.

L-Artikolu 6 Irkuprar u riċiklaġġ

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
L-Artikolu 6 1.

Biex ikunu konformi mal-għanijiet ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiksbu l-miri li ġejjin li jkopru t-territorju kollu tagħhom:

(a) 

mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2001 bejn 50 % bħala minimu u 65 % bħala massimu bl-użin ta' l-iskart ta' l-ippakkjar għandu jiġi rkuprat jew maħruq f'fabbriki għall-inċinerazzjoni ta' l-iskart bl-irkuprar ta' l-enerġija;

(b) 

mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2008 mill-inqas 60 % bl-użin ta' l-iskart ta' l-ippakkjar għandu jiġi rkuprat jew maħruq f'fabbriki għall-inċinerazzjoni ta' l-iskart bl-irkuprar ta' l-enerġija;

(ċ) 

mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2001 bejn 25 % bħala minimu u 45 % bħala massimu bl-użin tat-total tal-materjali ta' l-ippakkjar li jkunu fl-iskart ta' l-ippakkjar għandhom jiġu riċiklati b'minimu ta' 15 % bl-użin għal kull materjal ta' l-ippakkjar;

(d) 

mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2008 bejn 55 % bħala minimu u 80 % bħala massimu bl-użin ta' l-iskart ta' l-ippakkjar għandu jiġi riċiklat;

(e) 

mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2008 il-miri minimi li ġejjin għar-riċiklaġġ tal-materjali misjuba fl-iskart ta' l-ippakkjar għandhom jiġu miksuba:

(i) 

60 % bl-użin għall-ħġieġ;

(ii) 

60 % bl-użin għall-karta u għat-tavla;

(iii) 

50 % bl-użin għall-metalli;

(iv) 

22,5 % bl-użin għall-plastik, waqt li jiġi mgħoddi biss il-materjal riċiklat lura għall-plastik;

(v) 

15 % bl-użin għall-injam;

▼M7

(f) 

sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2025, minimu ta’ 65 % skont il-piż tal-iskart kollu mill-imballaġġ se jkun riċiklat;

(g) 

sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2025, il-miri minimi li ġejjin, skont il-piż, għar-riċiklaġġ se jintlaħqu fir-rigward tal-materjali speċifiċi li ġejjin, li jinstabu fl-iskart mill-imballaġġ:

(i) 

50 % tal-plastik;

(ii) 

25 % tal-injam;

(iii) 

70 % tal-metall ferruż;

(iv) 

50 % tal-aluminju;

(v) 

70 % tal-ħġieġ;

(vi) 

75 % tal-karta u tal-kartun;

(h) 

sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2030 minimu ta’ 70 % skont il-piż tal-iskart kollu mill-imballaġġ se jiġi riċiklat;

(i) 

sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2030, il-miri minimi li ġejjin, skont il-piż, għar-riċiklaġġ, se jintlaħqu fir-rigward tal-materjali speċifiċi li ġejjin, li jinsabu fl-iskart mill-imballaġġ:

(i) 

55 % tal-plastik;

(ii) 

30 % tal-injam;

(iii) 

80 % tal-metall ferruż;

(iv) 

60 % tal-aluminju;

(v) 

75 % tal-ħġieġ;

(vi) 

85 % tal-karta u tal-kartun.

L-Artikolu 6 1a.

Mingħajr preġudizzju għall-punti (f) u (h) tal-paragrafu 1, Stat Membru jista’ jipposponi l-iskadenzi biex jintlaħqu l-miri msemmija fil-punt (g)(i) sa (vi) u l-punt (i)(i) sa (vi) tal-paragrafu 1 sa massimu ta’ ħames snin, skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

id-deroga hija limitata għal massimu ta’ 15-il punt perċentwali minn mira unika jew maqsuma bejn żewġ miri,

(b) 

bħala riżultat tad-deroga, ir-rata ta’ riċiklaġġ għal mira unika ma titnaqqasx taħt it-30 %;

(c) 

bħala riżultat tad-deroga, ir-rata ta’ riċiklaġġ għal mira unika msemmija fil-punt (g)(v) u (vi) u l-punt (i)(v) u (vi) tal-paragrafu 1 ma titnaqqasx taħt is-60 %, u

(d) 

sa mhux aktar tard minn 24 xahar qabel l-iskadenza rispettiva stabbilita fil-punt (g) jew (i) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Istat Membru jinnotifika lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tiegħu li jipposponi l-iskadenza rispettiva u jissottometti pjan ta’ implimentazzjoni skont l-Anness IV ta’ din id-Direttiva. L-Istat Membru jista’ jgħaqqad dak il-pjan flimkien ma’ pjan ta’ implimentazzjoni sottomess skont il-punt (b) tal-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2008/98/KE.

L-Artikolu 6 1b.
Fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi l-pjan ta’ implimentazzjoni ppreżentat skont il-punt (d) tal-paragrafu 1a, il-Kummissjoni tista’ titlob lil Stat Membru jirrevedi dak il-pjan jekk il-Kummissjoni tqis li l-pjan ma jikkonformax mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness IV. L-Istat Membru kkonċernat għandu jippreżenta pjan rivedut fi żmien tliet xhur minn meta jirċievi t-talba tal-Kummissjoni.
L-Artikolu 6 1c.
Sal-31 ta’ Diċembru 2024, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-miri stabbiliti fil-punti (h) u (i) fil-paragrafu 1, bil-ħsieb li jinżammu jew, jekk ikun il-każ, iżżidhom. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, akkumpanjat, fejn xieraq minn proposta leġiżlattiva.
L-Artikolu 6 4.

L-Istati Membri għandhom, fejn xieraq, jinkoraġġixxu l-użu ta' materjal miksub mir-riċiklaġġ ta' l-iskart ta' l-ippakkjar għall-manifattura ta' l-ippakkjar u prodotti oħra billi:

(a) 

jtejbu l-kondizzjonijiet tas-suq għal dawn il-materjali;

(b) 

jirrevedu r-regolamenti eżistenti li jipprevenu l-użu ta' dawn il-materjali.

L-Artikolu 6 6.
Il-miżuri u l-miri msemmija fil-paragrafu1 għandhom jiġu pubblikati mill-Istati Membri u għandhom ikunu s-suġġett ta' kampanja ta' informazzjoni għall-pubbliku ġenerali u għall-operaturi ekonomiċi.
L-Artikolu 6 7.

Il-Greċja, l-Irlanda u l-Portugall jistgħu, minħabba s-sitwazzjonijiet speċifiċi tagħhom, li huma rispettivament in-numru kbir ta' gżejjer ċkejkna, il-preżenza ta' żoni rurali u muntanjużi u l-livell baxx preżenti ta' konsum ta' l-ippakkjar, jiddeċiedu biex:

(a) 

jilħqu, sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2001, miri aktar baxxi minn dawk stabbiliti fil-paragrafi 1(a) u (ċ), imma għandhom jilħqu bħala minimu 25 % għall-irkuprar jew l-inċinerazzjoni f'fabbriki għall-inċinerazzjoni ta' l-iskart bl-irkuprar ta' l-enerġija;

(b) 

fl-istess żmien jipposponu l-kisba tal-miri tal-paragrafi 1(a) u (ċ) għal terminu perentorju li jkun aktar tard li iżda m'għandux ikun aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2005;

(ċ) 

jipposponu l-kisba tal-miri msemmija fil-paragrafi 1(b), (d) u (e) sa data magħżula minnhom stess li ma tkunx aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2011.

L-Artikolu 6 10.
L-Istati Membri li għamlu, jew ser jagħmlu, programmi li jmorru ‘l-hinn mill-miri ta' paragrafu 1 u li jipprovdu f'dak ir-rigward kapaċitajiet xierqa għar-riċiklaġġ u għall-irkuprar għandhom jingħataw permess biex jilħqu dawk il-miri fl-interess tal-livell għoli tal-protezzjoni ambjentali, bil-kondizzjoni li dawn il-miżuri jevitaw distorsjonijiet fis-suq intern u ma jtellfux il-konformità ta' Stati Membri oħra ma' din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dawn il-miżuri. Il-Kummissjoni għandha tikkonferma dawn il-miżuri, wara li tkun ivverifikat, b'koperazzjoni ma' l-Istati Membri, li huma konsistenti mal-konsiderazzjonijiet imsemmija hawn fuq u ma jinkludux mezzi arbitrarji ta' diskriminazzjoni jew xi restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri.
L-Artikolu 6 11.
L-Istati Membri li aderew ma' l-Unjoni Ewropea bis-saħħa tat-Trattat ta' Adeżjoni tas-16 ta' April 2003 jistgħu jipposponu il-kisba tal-miri msemmija fil-paragrafu 1 il-punti (b), (d) u (e) sa data ta' l-għażla tagħhom li m'għandhiex tkun aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2012 għar-Repubblika ċeka, l-Estonja, ċipru, il-Litwanja, l-Ungerija, is-Slovenja u s-Slovakkja; il-31 ta' Diċembru 2013 għal Malta; il-31 ta' Diċembru 2014 għal-Polonja; u l-31 ta' Diċembru 2015 għal-Latvja.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 04.07.2018 00:00:00 -Doknr: CELEX:31994L0062
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.