+Artikolu 7 Is-sistemi tar-ritorn, tal-ġbir u tal-irkupru
---+Artikolu 7 1.
---+Artikolu 7 2.
---+Artikolu 7 3.
---+Artikolu 7 4.
|
Artikolu 7 Is-sistemi tar-ritorn, tal-ġbir u tal-irkupru
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 7 1.
|
Sabiex jilħqu l-objettivi stabbiliti f’din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li jiġu stabbiliti sistemi biex jipprovdu:
(a)
għar-ritorn u/jew għall-ġbir tal-imballaġġ użat u/jew l-iskart mill-imballaġġ mingħand il-konsumatur, utent finali ieħor, jew mill-ġabra finali tal-iskart sabiex jiġi mgħoddi lis-sistemi alternattivi tal-immaniġġjar tal-iskart l-aktar addattati;
(b)
għall-użu mill-ġdid jew l-irkupru inkluż ir-riċiklaġġ tal-imballaġġ u/jew tal-iskart mill-imballaġġ miġbur.
Dawk is-sistemi għandhom ikunu miftuħa għall-parteċipazzjoni tal-operaturi ekonomiċi tas-setturi interessati u għall-partiċipazzjoni tal-awtoritajiet pubbliċi kompetenti. Għandhom jgħoddu wkoll għall-prodotti importati, taħt kundizzjonijiet mhux diskriminatorji, inklużi l-arranġamenti dettaljati u kull tariffa imposta għall-aċċess għas-sistemi, u għandhom jiġu ddisinjati sabiex jevitaw xkiel għall-kummerċ jew distorsjoni tal-kompetizzjoni f’konformità mat-Trattat.
|
|
Artikolu 7 2.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sal-31 ta’ Diċembru 2024, l-iskemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur ikunu stabbiliti għall-imballaġġ kollu skont l-Artikoli 8 u 8a tad-Direttiva 2008/98/KE.
|
|
Artikolu 7 3.
|
Il-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiffurmaw parti minn politika li tkopri l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ kollu u għandha tqis, b’mod partikolari, ir-rekwiżiti rigward il-protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa tal-konsumatur, is-sikurezza u l-iġjene, il-protezzjoni tal-kwalità, l-awtentiċità u l-karatteristiċi tekniċi tal-prodotti imballati u materjali użati, u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà industrijali u kummerċjali.
|
|
Artikolu 7 4.
|
L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jippromwovu riċiklaġġ ta’ kwalità għolja tal-iskart mill-imballaġġ u biex jissodisfaw l-istandards ta’ kwalità meħtieġa għas-setturi rilevanti tar-riċiklaġġ. Għal dak il-għan, l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2008/98/KE għandu japplika għall-iskart mill-imballaġġ, inkluż mill-imballaġġ imħallat.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 04.07.2018 00:00:00 -Doknr: CELEX:31994L0062
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|