|
+Artikolu 7 1. |
Artikolu 7 1.Sabiex jilħqu l-objettivi stabbiliti f’din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li jiġu stabbiliti sistemi biex jipprovdu:
(a)
għar-ritorn u/jew għall-ġbir tal-imballaġġ użat u/jew l-iskart mill-imballaġġ mingħand il-konsumatur, utent finali ieħor, jew mill-ġabra finali tal-iskart sabiex jiġi mgħoddi lis-sistemi alternattivi tal-immaniġġjar tal-iskart l-aktar addattati;
(b)
għall-użu mill-ġdid jew l-irkupru inkluż ir-riċiklaġġ tal-imballaġġ u/jew tal-iskart mill-imballaġġ miġbur. Dawk is-sistemi għandhom ikunu miftuħa għall-parteċipazzjoni tal-operaturi ekonomiċi tas-setturi interessati u għall-partiċipazzjoni tal-awtoritajiet pubbliċi kompetenti. Għandhom jgħoddu wkoll għall-prodotti importati, taħt kundizzjonijiet mhux diskriminatorji, inklużi l-arranġamenti dettaljati u kull tariffa imposta għall-aċċess għas-sistemi, u għandhom jiġu ddisinjati sabiex jevitaw xkiel għall-kummerċ jew distorsjoni tal-kompetizzjoni f’konformità mat-Trattat. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|