+Artikolu 2 Definizzjonijiet

Artikolu 2 Definizzjonijiet

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-fini ta’ din id-Direttiva:

(a) “petrol” tfisser kull derivattiv minn żejt mhux raffinat, bl-adittivi jew mingħajrhom, li jkollu pressjoni ta’ gass reid ta’ 27,6 kilopascals jew aktar, li hu maħsub għall-użu bħala karburant għall-vetturi bil-mutur, minbarra gass likwifikat tal-pitrolju (LPG);

(b) “gassijiet”għandha tfisser kull komponent gassus li jevapora mill-petrol;

(ċ) “stallazzjoni ta’ ħażna” għandha tfisser kull tank stazzjonarju f’terminal użat għall-ħażna tal-petrol;

(d) “terminal” għandha tfisser kull faċilità li tintuża għall-ħażna u t-tagħbija ta’ petrol fuq tankers tat-triq, tankers tal-ferrovija, jew bastimenti, inklużi l-istallazzjonijiet kollha ta’ ħażna fuq is-sit tal-faċilità;

(e) “kontenitur mobbli” għandha tfisser kull tank li jinġarr bit-triq, ferrovija jew kanali użat għat-trasferiment ta’ petrol minn terminal għall-ieħor jew minn terminal għal stazzjon tas-servizz;

(f) “stazzjon tas-servizz” għandha tfisser kull stallazzjoni fejn jingħata petrol fit-tankijiet tal-karburant ta’ vetturi bil-mutur minn tankijet stazzjonarji ta’ ħażna;

(g) stallazzjonijiet “eżistenti” ta’ ħażna tal-petrol, stallazzjonijiet tat-tagħbija, stazzjonijiet tas-servizz u kontenituri mobbli għandha tfisser dawk l-istallazzjonijiet, stazzjonijiet tas-servizzi u kontenituri mobbli li kienu joperaw qabel id-data msemmija fl-Artikolu 10 jew li għalihom liċenza individwali ta’ kostruzzjoni jew liċenza ta’ operazzjoni, fejn meħtieġa taħt il-leġislazzjoni nazzjonali, kienet ingħatat qabel id-data msemmija fl-Artikolu 10;

(h) “ġodda” b’relazzjoni ma’ stallazzjonijiet tal-ħażna tal-petrol, stallazzjonijiet tat-tagħbija, stazzjonijiet tas-servizz u kontenituri mobbli għandha tfisser dawk l-istallazzjonijiet, stazzjonijiet tas-servizz u kontenituri mobbli li m’humiex koperti bil-paragrafu (g);

(i) “ammont ta’ petrol li kien ipproċessat” għandha tfisser l-akbar kwantità totali annwali ta’ petrol mgħobbija minn stallazzjoni ta’ ħażna f’terminal jew minn stazzjon tas-servizz f’kontenitur mobbli matul it-tliet snin li jiġu qabel;

(j) “unità ta’ rkupru tal-gass” għandha tfisser tagħmir għall-irkupru ta’ petrol minn gasijiet inklużi kull sistemi ta’ ġibjuni ta’ riserva f’terminal;

(k) “bastimen” t għandha tfisser bastiment li jopera f’kanali interni kif definit fil-Kapitolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 82/714/KEE ta’ l-4 ta’ Ottubru 1982 li tippreskrivi l-ħtiġiet tekniċi għall-bastimenti li joperaw f’kanali interni ( 1 );

(l) “valur mira ta’ referenza” għandha tfisser il-linja gwida mogħtija għall-istima sħiħa ta’ adegwatezza tal-miżuri tekniċi fl-Annessi u mhix limitu ta’ valur li kontrih jitkejjel il-komportament ta’ stallazzjonijiet individwali, terminals u stazzjonijiet tas-servizz;

(m) “ħażna intermedja ta’ gassijiet” għandha tfisser il-ħażna intermedja ta’ gassijiet f’tank fiss fuq il-bejt f’terminal għat-trasferiment aktar tard lejn u rkupru f’terminal ieħor. It-trasferiment ta’ gassijiet minn stallazzjoni ta’ ħażna għall-oħra f’terminal m’għandux jitqies bħala ħażna intermedja ta’ gassijiet skond it-tifsira ta’ din id-Direttiva;

(n) “stallazzjoni tat-tagħbija” għandha tfisser faċilità f’terminal li fiha l-petrol jista’ jitgħabba f’kontenituri mobbli. Stallazzjonijiet tat-tagħbija għal tankers tat-triq jikkomprendu irfid’ wieħed jew aktar;

(o) “irfid” għandha tfisser kull struttura f’terminal li fih jista’ jitgħabba l-petrol għal tanker wieħed tat-triq fi żmien partikolari.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 26.07.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:31994L0063
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.