|
+Artikolu 5 Kontenituri mobbli ---+Article 5 1. ---+Article 5 2. ---+Article 5 3. |
Artikolu 5 Kontenituri mobbliArtikolu 5 Kontenituri mobbli 1. Il-kontenituri mobbli għandhom ikunu disinjati u mħaddma skond il-ħtiġiet li ġejjin: (a) kontenituri mobbli għandhom ikunu disinjati u mħaddma biex il-gassijiet residwi jinżammu fil-kontenitur wara li jinħatt il-petrol; (b) il-kontenituri mobbli li jipprovdu petrol lill-istazzjonijiet tas-servizz u t-terminals għandhom ikunu disinjati u mħaddma sabiex jaċċettaw u jżommu gassijiet li jmorru lura mill-istallazzjonijiet tal-ħażna fl-istazzjonijiet tas-servizz jew terminals. Għal tankers tal-ferrovija dan huwa meħtieġ biss jekk jipprovdu petrol lill-istazzjonijiet tas-servizz jew lil terminals fejn tintuża ħażna intermedja ta’ gassijiet; (ċ) ħlief għar-rilaxx permezz ta’ valvoli għall-ħelsien mill-pressa, il-gassijiet imsemmija fis-subparagrafi (a) u (b) għandhom jinżammu fil-kontenitur mobbli sakemm terġa’ sseħħ it-tagħbija mill-ġdid fit-terminal. Jekk wara l-ħatt tal-petrol il-kontenitur mobbli sussegwentement jintuża għal prodotti minbarra petrol, sal-limitu li l-irkupru tal-gass jew il-ħażna intermedja ta’ gassijiet ma jkunx possibbli, tista’ tiġi permessa ventilazzjoni f’żona ġeografika fejn l-emissjonijiet x’aktarx li ma jikkontribwixxux sinifikatament għal problemi ambjentali jew tas-saħħa; (d) L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jassiguraw li t-tankers tat-triq ikunu regolarment ittestjati li minnhom ma joħroġx gass u li l-valvoli tal-vakwu/pressjoni fuq il-kontenituri mobbli kollha jkunu spezzjonati perjodikament għall-iffunzjonar korrett. 2. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 għandhom jgħoddu: (a) mid-data msemmija fl-Artikolu 10 għal tankers ġodda tat-triq, tankers tal-ferrovija u bastimenti; (b) tliet snin mid-data msemmija fl-Artikolu 10 għal tankers tal-ferrovija eżistenti u bastimenti jekk mgħobbija f’terminals li għalihom jgħodd l-Artikolu 4(1); (ċ) għal tankers tat-triq eżistenti meta ffittjati wara għat-tagħbija mill-qiegħ skond l-ispeċifikazzjonijiet preskritti fl-Anness IV. 3. Permezz ta’ deroga, id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1, subparagrafi (a), (b) u (ċ) m’għandhomx jgħoddu għal telf ta’ gassijiet li jirriżulta minn operazzjonijiet ta’ kejl bl-użu ta’ stikka ta’ l-invell b’relazzjoni ma’: (a) kontenituri mobbli eżistenti; u (b) kontenituri mobbli ġodda li daħlu fis-servizz matul l-erba’ snin li jiġu wara d-data msemmija fl-Artikolu 10. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|