|
+L-Artikolu 15 Regoli ta' kondotta |
L-Artikolu 15 Regoli ta' kondottaL-Artikolu 15 Regoli ta' kondotta Stat Membru jista', fejn japplika fuq proposta mill-korp li jmexxi l-ajruport:
—
jipprojbixxi li fornitur ta' servizzi ta' groundhandling jew dak li juża l-ajruport milli jipprovdi servizzi ta' groundhandling jew self-handling jekk dak il-fornitur jew dak li juża jonqos milli jħares ir-regoli imposti fuqu biex jiżgura t-tħaddim kif imiss ta' l-ajruport;
Dawk ir-regoli għandhom jikkonformaw mal-prinċipji li ġejjin:
(a)
għandhom ikunu applikati b'mod mhux diskriminatorju għall-fornituri diversi ta' servizzi ta' groundhandling u dawk li jużaw l-ajruport;
(b)
għandhom jirrelataw ma' l-għan maħsub;
(ċ)
m'għandhomx, fil-prattika, inaqqsu l-aċċess għas-suq jew l-għażla ta' self-handle f'livell aktar baxx minn dak li tipprovdi din id-Direttiva.
—
b'mod partikolari jeħtieġu li fornituri ta' servizzi ta' groundhandling f'ajruport li jipparteċipaw b'mod ġust u mhux diskriminatorju fit-twettiq ta' l-obbligi tas-servizz pubbliku mniżżla fil-liġijiet jew regoli nazzjonali, inkluż l-obbligu li jiġi żgurat servizz kontinwu.
1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|