+L-ANNESS LISTA TA' SERVIZZI TA'GROUNDHANDLING
|
L-ANNESS LISTA TA' SERVIZZI TA'GROUNDHANDLING
L-ANNESS
LISTA TA' SERVIZZI TA' GROUNDHANDLING
|
1.
|
Amministrazzjoni fl-art u sorveljanza jinkludu:
|
1.1.
|
rappreżentanza u servizzi ta' kollaborazzjoni ma' l-awtoritajiet lokali jew xi entità oħra, żburżjar għan-nom ta' dak li juża l-ajruport u dispożizzjoni għall-ispazju ta' l-uffiċċju tar-rappreżentanti tiegħu;
|
|
1.2.
|
kontroll tat-tagħbija, messaġġi u telekomunikazzjonijiet;
|
|
1.3.
|
tmexxija, ħażna u amministrazzjoni tat-tagħmir tal-unit load;
|
|
1.4.
|
kull servizz ieħor ta' sorveljanza qabel, matul u wara t-titjira u kull servizz ieħor amministrattiv mitlub minn dak li juża l-ajruport.
|
|
|
2.
|
Handling tal-passiġġieri jikkomprendi kull xorta ta' għajnuna lill-passiġġieri li jaslu, jitilqu, jittrasferixxu jew ikunu fi transitu, inkluż l-ivverifikar tal-biljetti u dokumenti tal-vjaġġ, reġistrazzjoni ta' bagolli u l-ġarr tagħhom għall-arja fejn jintgħażlu.
|
|
3.
|
Handling tal-bagolli jikkomprendi l-handling tal-bagolli fl-arja fejn jintgħażlu, jingħażlu, jitħejjew għat-tluq, jitgħabbew fuq jew jitniżżlu minn fuq it-tagħmir maħsub li jġorrhom mill-inġenju ta' l-ajru għall-arja fejn jintgħażlu u vici versa, kif ukoll il-ġarr tal-bagolli mill-arja fejn jintgħażlu għall-arja fejn jittieħdu lura.
|
|
4.
|
Handling tal-merkanzija u l-posta jikkomprendi:
|
4.1.
|
għall-merkanzija: l-handling fiżiku għall-esportazzjoni, trasferiment u importazzjoni tal-merkanzija, handling tad-dokumenti relatati, il-proċeduri tad-dwana u l-implimentazzjoni ta' xi proċedura ta' sigurezza miftiehma bejn il-partijiet jew meħtieġa fiċ-ċirkostanzi;
|
|
4.2.
|
għall-posta: l-handling fiżiku għall-posta dieħla 'l ġewwa u ħierġa 'l barra, l-handling tad-dokumenti relatati u l-implimentazzjoni ta' xi proċedura ta' sigurezza miftiehma bejn il-partijiet jew meħtieġa fiċ-ċirkostanzi;
|
|
|
5.
|
Handling tar-rampa jikkomprendi:
|
5.1.
|
it-tqegħid bl-ordni ta' l-inġenju ta' l-ajru fuq l-art mal-wasla u t-tluq (
*1
);
|
|
5.2.
|
għajnuna fl-ippakkjar ta' l-inġenju ta' l-ajru u l-provista ta' mekkaniżmi addattati (*1) ;
|
|
5.3.
|
komunikazzjoni bejn l-inġenju ta' l-ajru u l-fornitur air-side tas-servizzi (*1) ;
|
|
5.4.
|
għat-tgħabija u l-ħatt ta' l-inġenju ta' l-ajru, inkluża l-provista u t-tħaddim ta' mezzi addattati, kif ukoll tal-ġarr ta' l-ekwipaġġ u l-passiġġieri bejn l-inġenju ta' l-ajru u t-terminal, u t-trasport tal-bagolli bejn l-inġenju ta' l-ajru u t-terminal;
|
|
5.5.
|
il-provista u t-tħaddim għall-units addattati għall-istartjar tal-magna;
|
|
5.6.
|
iċ-ċaqliq ta' l-inġenju ta' l-ajru mal-wasla u t-tluq, kif ukoll il-provista u t-tħaddim ta' mekkaniżmi adattati;
|
|
5.7.
|
il-ġarr, tagħbija fuq u l-ħatt mill-inġenju ta' l-ajru ta' l-ikel u xorb.
|
|
|
6.
|
Is-servizzi ta' l-inġenju ta' l-ajru jikkomprendu:
|
6.1.
|
it-tindif minn barra u minn ġewwa ta' l-inġenju ta' l-ajru, u s-servizzi tat-tojlits u l-ilma;
|
|
6.2.
|
it-tkessiħ u t-tisħin tal-kabina, it-tneħħija ta' borra u silġ, id-de-icing ta' l-inġenju ta' l-ajru;
|
|
6.3.
|
l-irranġar mill-ġdid tal-kabina b'tagħmir adattat tal-kabina, il-ħażna ta' dan l-apparat.
|
|
|
7.
|
andling tal-karburanti u żjut jikkomprendi:
|
7.1.
|
l-organizzazzjoni u l-eżekuzzjoni ta' l-operazzjonijiet tal-għoti u t-tneħħija ta' karburanti, inkluża l-ħażna tal-karburant u l-kontroll tal-kwalità u l-kwantità tal-konsenji tal-karburanti;
|
|
7.2.
|
il-forniment mill-ġdid ta' żjut u likwidi oħra.
|
|
|
8.
|
Il-manutenzjoni ta' l-inġenju ta' l-ajru tikkonprendi:
|
8.1.
|
manutenzjoni ta' rutina mwettqa qabel it-titjira;
|
|
8.2.
|
manutenzjoni mhux ta' rutina mitluba minn dak li juża l-ajruport;
|
|
8.3.
|
il-provista u l-amministrazzjoni ta' spare parts u tagħmir addattat;
|
|
8.4.
|
it-talba għal jew prenotazzjoni ta' parkeġġ adattat u/jew spazju fil-hangar.
|
|
|
9.
|
L-operazzjonijiet tat-titjira u l-amministrazzjoni ta' l-ekwipaġġ jikkomprendu:
|
9.1.
|
tħejjija tat-titjira fl-ajruport tat-tluq jew f'xi punt ieħor;
|
|
9.2.
|
għajnuna matul it-titjira, inkluż re-dispatching fejn meħtieġ;
|
|
9.3.
|
attivitajiet wara t-titjira;
|
|
9.4.
|
amministrazzjoni ta' l-ekwipaġġ.
|
|
|
10.
|
Ġarr fuq l-art jikkomprendi:
|
10.1.
|
l-organizzazzjoni u l-esekuzzjoni tal-ġarr ta' l-ekwipaġġ, passiġġieri, bagolli, merkanzija u posta bejn terminals differenti fl-istess ajruport, iżda eskluż l-istess ġarr bejn l-inġenju ta' l-ajru u xi punt ieħor fil-perimetru ta' l-istess ajruport;
|
|
10.2.
|
kull ġarr speċjali mitlub minn dak li juża l-ajruport.
|
|
|
11.
|
Is-servizzi tal-catering jikkomprendu:
|
11.1.
|
koordinament bejn il-fornituri u l-managment amministrattiv;
|
|
11.2.
|
il-ħażna ta' ikel u xorb u t-tagħmir meħtieġ għat-tħejjija tagħhom;
|
|
11.3.
|
tindif ta' dan it-tagħmir;
|
|
11.4.
|
tħejjija u konsenja tat-tagħmir kif ukoll tal-provista tal-bar u ta' l-ikel.
|
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:31996L0067
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|