|
+Artikolu 1 |
Artikolu 1Artikolu 1 Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli komuni dwar: — il-kondizzjonijiet li jirregolaw il-forniment ta’ servizzi postali, — il-forniment ta’ servizz postali universali fil-Komunità, — il-finanzjament ta’ servizzi universali taħt kondizzjonijiet li jiggarantixxu l-forniment permanenti ta’ tali servizzi, — prinċipji dwar tariffi u t-trasparenza ta’ kontabilità għall-forniment ta’ servizz universali, — l-istabbiliment ta’ standards ta’ kwalità għall-forniment ta’ servizz universali, — l-armonizzazzjoni ta’ standards tekniċi, — il-ħolqien ta’ awtorijiet regolatorji nazzjonali indipendenti. L-Artikolu 2 Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, it-tifsiriet li ġejjin għandhom japplikaw: 1. servizzi postali: servizzi li jinvolvu l-clearance, l-issortjar, it-trasport u t-tqassim ta’ oġġetti postali; 1a. fornitur ta’ servizz postali: impriża li tipprovdi servizz postali wieħed jew aktar; 2. ►M3 network postali ◄ : is-sistema ta’ organizzazzjoni u riżorsi ta’ kull xorta użati mill-fornitur/i ta’ servizz universali għall-iskopijiet b’mod partikolari ta’: — l-ikklerjar ta’ oġġetti postali koperti b’obbligazzjoni ta’ servizz universali minn punti ta’ aċċess mat-territorju kollu, — ir-routing u l-ġarr ta’ dawk l-oġġetti mill-punt ta’ aċċess tan-network postali għaċ-ċentru ta’ tqassim, — it-tqassim lill-indirizzi murija fuq l-oġġetti; 3. punti ta’ aċċess: faċilitajiet fiżiċi, inklużi kaxxi ta’ l-ittri fornuti għall-pubbliku jew fuq awtostrada pubblika jew fil-post tal-fornitur(i) ta’ servizz postali, fejn l-oġġetti postali jistgħu jiġu depożitati man-netwerk postali mill-mittenti; 4. clearance: l-operazzjoni tal-ġbir ta’ l-oġġetti postali minn fornitur ta’ servizz postali; 5. tqassim: il-proċess mill-issortjar fiċ-ċentru tat-tqassim sal-kunsinna ta’ l-oġġetti postali lid-destinatarji tagħhom; 6. oġġett postali: oġġett indirizzat fil-forma finali li fiha ser jinġarr minn fornitur ta’ servizz postali. Minbarra l-oġġetti ta’ korrispondenza, dawk l-oġġetti jinkludu wkoll, per eżempju, kotba, katalogi, gazzetti, perjodiċi u pakketti postali li jkun fihom merkanzija b’valur kummerċjali jew mingħajru; 7. oġġett ta’ korrispondenza: komunikazzjoni bil-miktub dwar kull xorta ta’ mezz fiżiku li għandha tinġarr u titwassal fl-indirizz indikat mill-mittenti fuq l-oġġett innifsu jew fuq it-tgeżwir tiegħu. Il-kotba, katalogi, gazzetti u perjodiċi m’għandhomx jitqiesu bħala oġġetti ta’ korrispondenza; ▼M3 ————— 9. oġġett reġistrat: servizz li jipprovdi garanzija b’rata fissa kontra riskji ta’ telf, serq jew ħsara u li tagħti lill-mittenti, meta approprjat fuq talba, b’xiehda ta’ l-għoti ta’ l-oġġett postali u/jew tal-kunsinna tiegħu lill-indirizzat; 10. oġġett assigurat: servizz li jassigura oġġett postali sal-valur dikjarat mill-mittenti fil-każ ta’ telf, serq jew ħsara; 11. posta bejn fruntiera u oħra: posta lil jew minn Stat Membru ieħor jew minn jew għal pajjiż terz; ▼M3 ————— 13. fornitur ta’ servizz universali: il-fornitur ta’ servizz postali pubbliku jew privat li jipprovdi servizz postali universali jew partijiet minnu fi Stat Membru, li l-identità tiegħu tkun ġiet innotifikata lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 4; 14. awtorizzazzjonijiet: kull permess li jistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi speċifiċi għas-settur postali u li jippermetti lill-impriżi biex jipprovdu servizzi postali u, fejn japplika, li jistabbilixxu u/jew iħaddmu n-netwerks tagħhom għall-forniment ta’ dawk is-servizzi, fil-forma ta’ awtorizzazzjoni ġenerali jew “liċenzja individwali” kif definit hawn taħt: — “awtorizzazzjoni ġenerali”; awtorizzazzjoni, irrispettivament minn jekk tkunx regolata minn “liċenzja ta’ klassi” jew taħt liġi ġenerali u irrispettivament minn jekk dak ir-regolament ikunx jeħtieġ reġistrazzjoni jew proċeduri ta’ dikjarazzjoni, li ma teħtieġx li l-fornitur ta’ servizz postali kkonċernat jikseb deċizjoni espliċita mill-awtorità regolatorja nazzjonali qabel ma jeżerċita d-drittijiet li joħorġu mill-awtorizzazzjoni, — “liċenzja individwali”; awtorizzazzjoni li tingħata minn awtorità regolatorja nazzjonali u li tagħti lill-fornitur ta’ servizz postali drittijiet speċifiċi, jew li tissuġġetta lill-operazzjonijiet ta’ dik l-impriża għal obbligi speċifiċi li jissupplimentaw l-awtorizzazzjoni ġenerali meta din tkun applikabbli, meta l-fornitur ta’ servizz postali ma jkunx intitolat jeżerċita d-drittijiet konċernati sakemm ma jkunx irċieva d-deċiżjoni mill-awtorità regolatorja nazzjonali; 15. tariffi terminali: il-ħlas lill-fornituri ta’ servizzi universali għat-tqassim ta’ posta li tidħol bejn fruntiera u oħrali tikkonsisti f’oġġetti postali minn Stat Membru ieħor jew minn pajjiż terz; 16. mittenti: persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għall-oriġini ta’ oġġetti postali; 17. utent: kull persuna fiżika jew ġuridika li tibbenefika minn forniment ta’ servizz postali bħala mittenti jew indirizzat; 18. awtorità nazzjonali regolatorja: il-korp jew korpi, f’kull Stat Membru, li lilu l-Istat Membru jafda, inter alia, il-funzjonijiet regolatorji li jaqgħu taħt l-iskop ta’ din id-Direttiva; 19. rekwiżiti essenzjali: raġunijiet ġenerali mhux ekonomiċi li jistgħu jġiegħlu lil Stat Membru jimponi kondizzjonijiet fuq il-forniment ta’ servizzi postali. Dawn ir-raġunijiet huma l-kunfidenzjalità tal-korrispondenza, is-sigurtà tan-netwerk fir-rigward tat-trasport ta’ merkanzija perikoluża, rispett għat-termini u l-kondizzjonijiet ta’ l-impjieg, skemi tas-sigurtà soċjali, stabbiliti minn liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva u/jew bi ftehim kollettiv innegozjat bejn imsieħba soċjali nazzjonali, skond id-dritt Komunitarju u nazzjonali u, fejn iġġustifikat, il-protezzjoni tad-data, il-protezzjoni ta’ l-ambjent u l-ippjanar reġjonali. Il-protezzjoni tad-data tista’ tinkludi l-protezzjoni ta’ data personali, il-kunfidenzjalità ta’ informazzjoni mibgħuta jew maħżuna u l-protezzjoni tal-privatezza; 20. servizzi pprovduti b’tariffa bil-biċċa: servizzi postali li għalihom it-tariffa hija stabbilita fit-termini u l-kondizzjonijiet ġenerali tal-fornitur(i) ta’ servizz universali għal oġġetti postali individwali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|