Artikolu 12
L-Istati Membri għandhom jieħdu passi biex jiżguraw li t-tariffi għal kull wieħed mis-servizzi li jagħmlu parti mill-forniment ta’ servizz universali jkunu jikkonformaw mal-prinċipji li ġejjin:
— il-prezzijiet għandhom ikunu jistgħu tali li l-utenti jistgħu jifilħuhom, u għandhom ikunu tali li l-utenti kollha jkollhom aċċess għas-servizzi provduti, irrispettivament mis-sitwazzjoni ġeografika, u fid-dawl ta’ kondizzjonijiet nazzjonali speċifiċi. L-Istati Membri jistgħu jżommu fis-seħħ jew jintroduċu il-forniment ta’ servizz postali mingħajr ħlas għall-użu minn persuni għomja jew b’vista mnaqqsa,
— il-prezzijiet għandhom ikunu orjentati lejn l-ispiża u jagħtu inċentivi għal forniment effiċjenti ta’ servizz universali. Kull meta jkun meħtieġ għal raġunijiet relatati ma’ l-interess pubbliku, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li tariffa uniformi għandha tkun applikata għat-territorju nazzjonali kollu tagħhom u/jew transkonfini għal servizzi pprovduti b’tariffa bil-biċċa u għal oġġetti postali oħra,
— l-applikazzjoni ta’ tariffa uniformi ma għandhiex teskludi d-dritt ta’ fornitur(i) ta’ servizz universali li jikkonkludi/u ftehim individwali dwar prezzijiet ma’ l-utenti,
— it-tariffi għandhom ikunu trasparenti u non-diskriminatorji,
— kull fejn il-fornituri tas-servizz universali japplikaw tariffi speċjali, per eżempju għal servizzi għal negozji, dawk li jibagħtu l-posta bl-ingrossa jew konsolidaturi ta’ posta minn utenti differenti, huma għandhom japplikaw il-prinċipji tat-trasparenza u n-non-diskriminazzjoni rigward it-tariffi u l-kondizzjonijiet assoċjati. It-tariffi, flimkien mal-kondizzjonijiet assoċjati, għandhom japplikaw ugwalment kemm bejn partijiet terzi differenti u kemm bejn partijiet terzi u l-fornituri tas-servizz universali li jfornu servizzi ekwivalenti. Kwalunkwe tariffa bħal din għandha tkun ukoll disponibbli għall-utenti, b’mod partikolari utenti individwali u impriżi żgħar u ta’ daqs medju, li jużaw il-posta taħt kondizzjonijiet simili.
▼B
L-Artikolu 13
1. Sabiex tiġi żgurata l-provvista bejn fruntiera u oħra ta’ servizz universali, l-Istati Membri għandhom iħajru lill-fornituri ta’ servizz universali li jirranġaw li fl-arranġamenti tagħhom dwar ħlasijiet terminali għall-posta intra-Komunitarja bejn fruntiera u oħra , il-prinċipji li ġejjin jiġu rrispettati:
— il-ħlasijiet terminali għandhom jigu ffissati b’relazzjoni man-nefqa ta’ l-ipproċessar u l-kunsinna ta’ posta li tidħol bejn fruntiera u oħra,
— il-livelli ta’ ħlas għandhom ikunu relatati mal-kwalità ta’ servizz miksub,
— il-ħlasijiet terminali għandhom ikunu trasparenti u mhux diskriminatorji.
2. L-implimentazzjoni ta’ dawn il-prinċipji għandha tinkludi arranġamenti trasitorji maħsuba biex jevitaw xkiel żejjed fis-swieq postali jew implikazzjonijiet sfavorevoli għall-operaturi ekonomiċi b’dan illi jkun hemm ftehim bejn l-operaturi ta’ oriġini u dawk li jirċievu.
L-Artikolu 14
▼M3
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-kontabilità tal-fornituri ta’ servizz universali ssir skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.
2. Il-fornitur(i) ta’ servizz universali għandu/hom iżomm/u kontabilità separata fis-sistemi ta’ kontabilità interni tagħhom sabiex jiddistingwu b’mod ċar bejn kull wieħed mis-servizzi u l-prodotti li jkunu parti mis-servizz universali u dawk li ma jkunux. Din il-kontabilità separata għandha tintuża bħala kontribut meta l-Istati Membri jikkalkolaw l-ispiża netta tas-servizz universali. Dawn is-sistemi ta’ kontabilità interna għandhom jitħaddmu fuq il-bażi ta’ prinċipji ta’ kontabilità ta’ l-ispejjeż applikati koerentement u ġustifikati oġġettivament.
3. Is-sistemi ta’ kontabilità msemmijin fil-paragrafu 2 għandhom, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4, jallokaw l-ispejjeż kif ġej:
(a) spejjeż li jistgħu jiġu direttament assenjati għal servizz jew prodott partikolari għandhom jiġu assenjati b’dan il-mod;
(b) spejjeż komuni, jiġifieri spejjeż li ma jistgħux jiġu assenjati direttament għal servizz jew prodott partikolari, għandhom jiġu allokati kif ġej:
(i) kull meta jkun possibbli, l-ispejjeż komuni għandhom jiġu allokati fuq il-bażi ta’ analiżi diretta ta’ l-oriġini ta’ l-ispejjeż infushom;
(ii) meta ma tkunx possibbli analiżi diretta, għandhom jiġu allokati kategoriji ta’ spejjeż komuni fuq il-bażi ta’ rbit indirett ma’ kategorija oħra ta’ spejjeż jew grupp ta’ kategoriji ta’ spejjeż li għalihom hija possibbli assenjazzjoni jew allokazzjoni diretta; ir-rabta indiretta għandha tkun ibbażata fuq strutturi ta’ spejjeż komparabbli;
(iii) meta la l-miżuri diretti u l-anqas dawk indiretti ta’ allokazzjoni ta’ spejjeż ma jinstabu, il-kategorija ta’ l-ispejjeż għandha tiġi allokata fuq il-bażi ta’ allokatur ġenerali kkalkolat bl-użu tal-proporzjon ta’ l-ispejjeż kollha assenjati jew allokati direttament jew indirettament, minn naħa waħda, lil kull wieħed mis-servizzi universali u, min-naħa l-oħra, lis-servizzi l-oħra;
(iv) l-ispejjeż komuni, li huma meħtieġa għall-forniment ta’ kemm is-servizzi universali kif ukoll is-servizzi mhux universali, għandhom jiġu allokati b’mod xieraq; għandhom japplikaw l-istess determinanti ta’ l-ispejjeż kemm għas-servizzi universali kif ukoll għal dawk mhux universali.
▼B
4. Sistemi oħra ta’ kontabilità ta’ l-ispejjeż jistgħu jiġu applikati biss jekk ikunu kompatibbli mal-paragrafu 2 u jkunu ġew approvati mill-awtorità nazzjonali regolatorja. Il-Kummissjoni għandha tiġi mgħarrfa minn qabel bl-applikazzjoni tagħhom.
5. L-awtoritajiet nazzjonali regolatorji għandhom jiżguraw li l-konformità ma’ waħda mis-sistemi ta’ kontabilità ta’ l-ispejjeżdeskritti fil-paragrafi 3 jew 4 tiġi vverifikata minn korp kompetenti li jkun indipendenti mill-fornitur ta’ servizz universali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dikjarazzjoni dwar il-konformità tiġi ppubblikata perjodikament.
6. L-awtorità nazzjonali regolatorja għandha żżomm disponibbli, sa livell adegwat ta’ dettal, tagħrif dwar is-sistemi ta’ kontabilità ta’ l-ispejjeżapplikati minn fornitur ta’ servizz universali, u għandha tibgħat dak it-tagħrif lill-Kummissjoni fuq talba.
7. Fuq talba, it-tagħrif dettaljat tal-kontabilità li jirriżulta minn dawn is-sistemi għandu jsir disponibbli b’mod kunfidenzjali lill-awtorità nazzjonali regolatorja u lill-Kummissjoni.
▼M3
8. Meta Stat Membru ma jkunx għamel użu minn mekkaniżmu ta’ finanzjament għall-provvista tas-servizz universali, kif permess mill-Artikolu 7, u meta l-awtorità nazzjonali regolatorja tkun sodisfatta li ebda wieħed mill-fornituri nominati tas-servizz universali f’dak l-Istat Membru ma jkun irċieva għajnuna mill-Istat, moħbija jew xort’oħra, u li l-kompetizzjoni fis-suq hija totalment effettiva, l-awtorità regolatorja nazzjonali tista’ tiddeċiedi li ma tapplikax ir-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu.
▼M3
9. Madankollu, dan l-Artikolu jista’ jkun applikat għall-fornitur innominat ta’ servizz universali qabel id-data finali tal-ftuħ komplet tas-suq sakemm ma jkun ġie nnominat l-ebda fornitur(i) ta’ servizz universali ieħor. L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tgħarraf lill-Kummissjoni qabel kwalunkwe tali deċiżjoni.
10. L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li dawk il-fornituri ta’ servizz postali li huma obbligati li jikkontribwixxu għall-fond ta’ kumpens, jintroduċu kontabilità separata xierqa biex il-funzjonament tal-fond ikun żgurat.
▼B
L-Artikolu 15
Il-kontijiet finanzjarji ta’ fornituri ta’ servizz universali għandhom jitħejjew, jintbagħtu għall-verifika minn awditur indipendenti u jiġu ppubblikati skond il-leġislazzjoni relevanti tal-Komunità u dik nazzjonali ta’ intrapriżi kummerċjali.