|
+Artikolu 5a 1. |
Artikolu 5a 1.Għall-fini tal-kalkolu ta’ jekk intlaħqux il-miri stipulati fl-Artikolu 5(5) u (6):
(a)
il-piż tal-iskart muniċipali ġġenerat u meħud għar-rimi f’landfills għandu jiġi kkalkulat f’sena kalendarja speċifika;
(b)
il-piż tal-iskart li jirriżulta minn operazzjonijiet ta’ trattament qabel ir-riċiklaġġ jew irkupru ieħor ta’ skart muniċipali, bħas-separazzjoni jew it-trattament bijoloġiku mekkaniku, li sussegwentement jintrema f’landfills għandu jiġi inkluż fil-piż tal-iskart muniċipali rrappurtat bħala mormi f’landfills;
(c)
il-piż tal-iskart muniċipali li jidħol fl-impjanti ta’ rimi b’inċinerazzjoni u l-piż tal-iskart prodott fl-operazzjonijiet ta’ stabbilizzazzjoni tal-parti bijodegradabbli tal-iskart muniċipali sabiex sussegwentement jiġi mormi f’tlandfills għandu jiġi rrappurtat bħala mormi f’landfills;
(d)
il-piż tal-iskart prodott matul operazzjonijiet ta’ riċiklaġġ jew ta’ rkupru ieħor tal-iskart muniċipali li sussegwentement jintrema f’landfills m’għandux jiġi inkluż fil-piż tal-iskart muniċipali rrappurtat bħala mormi f’landfills. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|