+Artikolu 5a Regoli dwar il-kalkolu tal-ilħiq tal-miri
---+Artikolu 5a 1.
---+Artikolu 5a 2.
---+Artikolu 5a 3.
---+Artikolu 5a 4.
|
Artikolu 5a Regoli dwar il-kalkolu tal-ilħiq tal-miri
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 5a 1.
|
Għall-fini tal-kalkolu ta’ jekk intlaħqux il-miri stipulati fl-Artikolu 5(5) u (6):
(a)
il-piż tal-iskart muniċipali ġġenerat u meħud għar-rimi f’landfills għandu jiġi kkalkulat f’sena kalendarja speċifika;
(b)
il-piż tal-iskart li jirriżulta minn operazzjonijiet ta’ trattament qabel ir-riċiklaġġ jew irkupru ieħor ta’ skart muniċipali, bħas-separazzjoni jew it-trattament bijoloġiku mekkaniku, li sussegwentement jintrema f’landfills għandu jiġi inkluż fil-piż tal-iskart muniċipali rrappurtat bħala mormi f’landfills;
(c)
il-piż tal-iskart muniċipali li jidħol fl-impjanti ta’ rimi b’inċinerazzjoni u l-piż tal-iskart prodott fl-operazzjonijiet ta’ stabbilizzazzjoni tal-parti bijodegradabbli tal-iskart muniċipali sabiex sussegwentement jiġi mormi f’tlandfills għandu jiġi rrappurtat bħala mormi f’landfills;
(d)
il-piż tal-iskart prodott matul operazzjonijiet ta’ riċiklaġġ jew ta’ rkupru ieħor tal-iskart muniċipali li sussegwentement jintrema f’landfills m’għandux jiġi inkluż fil-piż tal-iskart muniċipali rrappurtat bħala mormi f’landfills.
|
|
Artikolu 5a 2.
|
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema effettiv ta’ kontroll tal-kwalità u ta’ traċċabilità tal-iskart muniċipali mormi f’landfills sabiex jiżguraw li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Huma jistgħu jużaw is-sistema stabbilita f’konformità mal-Artikolu 11a(3) tad-Direttiva 2008/98/KE għal dak il-għan.
|
|
Artikolu 5a 3.
|
Meta l-iskart muniċipali jiġi ttrasportat bil-baħar lejn Stat Membru ieħor jew jiġi esportat mill-Unjoni għall-finijiet tar-rimi f’landfills, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
2
)„ għandu jingħadd mal-ammont ta’ skart mormi f’landfills, f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, mill-Istat Membru fejn l-iskart ikun inġabar.
|
|
Artikolu 5a 4.
|
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta sal-31 ta’ Marzu 2019 atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli għall-kalkolu, il-verifika u r-rappurtar tad-data. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 17(2).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 04.08.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:31999L0031
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|