|
+ANNESS V KONTROLL INTERN TA' PRODUZZJONI |
ANNESS V KONTROLL INTERN TA' PRODUZZJONI
ANNESS V KONTROLL INTERN TA' PRODUZZJONI 1. Dan l-Anness jiddeskrivi l-proċedura fejn il-produttur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu mwaqqaf fi ħdan il-Komunitá, li jagħmel l-obbligi mniżżla f'punt 2, jassigura u jiddikjara li t-tagħmir ikkonċernat jissodisfa l-bżonnijiet tad-Direttiva. Il-produttur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu mwaqqaf fil-Komunitá, għandu jwaħħal il-marka ta' konformitá tal-CE u l-indikazzjoni tal-livell garantit ta' qawwa ta' ħoss kif meħtieġ fl-Artikolu 11 għal kull biċċa ta' tagħmir u jfassal dikjarazzjoni ta' konformitá bil-miktub tal-KE kif meħtieġ fl-Artikolu 8. 2. Il-produttur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu mwaqqaf fil-Komunitá, għandu jfassal dokumentazzjoni teknika deskritta f'punt 3 u għandu jżommha għal perjodu li jintemm ta' l-inqas 10 snin wara li l-aħħar prodott kien magħmul fid-disposizzjoni ta' l-awtoritajiet nazzjonali relevanti għall-għanijiet ta' spezzjoni. Il-produttur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu mwaqqaf fil-Komunitá, jista' jinkariga pesuna oħra biex iżżomm id-dokumentazzjoni teknika. F'dan il-każ għandu jinkludi l-isem u l-indirizz ta' din il-persuna fid-dikjarazzjoni ta' konformitá tal-KE. 3. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tħalli l-konformitá tat-tagħmir mal-bżonnijet ta' din id-Direttiva biex tkun stmata. Għandu jkun fiha ta' l-inqas l-informazzjoni li ġejja:
—
isem u indirizz tal-produttur jew ir-rappreżentant awtorizzat mwaqqaf fil-Komunità
—
deskrizzjoni tat-tagħmir
—
għamla
—
isem ta' kummerċ
—
tip, serje u numri
—
it-tagħrif tekniku relevanti għall-identifikazzjoni tat-tagħmir u l-istima ta' l-emissjoni ta' ħoss tiegħu, li jinkludi, jekk xieraq, disinji skematiċi u kwalunkwe deskrizzjoni u tifsir neċessarju biex jinftiehmu
—
ir-referenza għal din id-Direttiva
—
ir-rapport tekniku ta' kejl ta' ħoss li jsir skond id-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva
—
l-istrumenti tekniċi applikati u r-riżultati ta' l-evalwazzjoni ta' l-inċertezzi minħabba varjazzjoni ta' produzzjoni u r-relazzjoni tagħhom għall-livell garantit ta' qawwa ta' ħoss.
4. Il-produttur għandu jieħu l-miżuri kollha neċessarji sabiex il-proċess ta' produzzjoni jassigura kontinwità ta' qbil tat-tagħmir magħmul bid-dokumentazzjoni teknika msemmija f'punti 2 u 3 u mal-bżonnijiet ta' din id-Direttiva. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|