+ANNESS VII UNITÀ TA' VERIFIKA
|
ANNESS VII UNITÀ TA' VERIFIKA
ANNESS VII
UNITÀ TA' VERIFIKA
|
1.
|
Dan l-Anness jiddeskrivi l-proċedura li permezz tagħha l-produttur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu mwaqqaf fil-Komunitá, jassigura u jiddikjara li t-tagħmir li nħareġ maċ-ċertifikat imsemmi f'punt 4 jaqbel mal-bżonnijiet ta' din id-Direttiva. Il-produttur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu mwaqqaf fil-Komunitá, għandu jwaħħal il-marka tal-CE supplementata mill-informazzjoni kif meħtieġa fl-Artikolu 11 għat-tagħmir u jfassal dikjarazzjoni ta' konformitá tal-KE imsemmi fl-Artikolu 8.
|
|
2.
|
L-applikazzjoni għal unitá ta' verifika għandha ssir mill-produttur jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu mwaqqaf fil-Komunitá lil korp notifikat magħżul minnu.
Din l-applikazzjoni għandha tinkludi:
—
l-isem u indirizz tal-produttur u, jekk l-applikazzjoni ssir mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, l-isem u indirizz flimkien ma'
—
dikjarazzjoni bil-miktub li l-istess applikazzjoni ma saritx ma' kwalunkwe korp notifikat ieħor
—
dokumentazzjoni teknika li taqbel mal-bżonnijiet mniżżla hawn:
—
it-tagħrif tekniku relevanti għall-identifikazzjoni tat-tagħmir u l-istima ta' l-emissjoni ta' ħoss tiegħu, li jinkludi, jekk xieraq, disinji skematiċi u kwalunkwe deskrizzjoni u tifsir meħtieġ biex jinftiehmu biex jinftiehmu
—
ir-referenza għal din id-Direttiva
|
|
3.
|
Il-korp notifikat għandu:
—
jeżamina jekk it-tagħmir kien magħmul bi qbil mad-dokumentazzjoni teknika
—
jaqbel ma' l-applikant il-post fejn, skond din id-Direttiva, għandhom isiru l-provi ta' ħoss
—
skond din id-Direttiva, jagħmel jew jara li jsiru l-provi ta' ħoss meħtieġa.
|
|
4.
|
Fejn it-tagħmir jilħaq il-bżonnijiet ta' din id-Direttva, il-korp notifikat għandu joħroġ ċertifikat ta' konformitá ma' l-applikant deskritt fl-Anness X.
Jekk il-korp notifikat jirrifjuta li joħroġ ċertifikat ta' konformitá, għandu jiddikjara r-raġunijiet dettaljati għaċ-ċaħda.
|
|
5.
|
Il-produttur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu mwaqqaf fil-Komunitá, għandu jżomm kopji tad-dokumentazzjoni teknika taċ-ċertifikat ta' konformitá għal perjdou ta' 10 snin mid-data li fiha t-tagħmir jitqiegħed fis-suq.
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32000L0014
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|