|
+Artikolu 16 1. |
Artikolu 16 1.L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jinkoraġġixxu:
(a)
it-tħejjija ta’ kodiċi ta’ kondotta fil-livell tal-Komunità, minn għaqdiet jew organizzazzjonijiet ta’ negozjanti, professjonisti u konsumaturi, biex jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni kif suppost ta’ l-Artikoli 5 sa 15;
(b)
it-trasmissjoni volontarja ta’ abbozz ta’ kodiċi ta’ kondotta fil-livell nazzjonali jew tal-Komunità lill-Kummissjoni;
(ċ)
l-aċċessibilità ta’ dawn il-kodiċi ta’ kondotta fil-lingwi tal-Komunità b’mezzi elettroniċi;
(d)
il-komunikazzjoni lejn Stati Membri u l-Kummissjoni, minn għaqdiet jew organizzazzjonijiet ta’ negozjanti, professjonisti u konsumaturi, ta’ x’jaħsbu dwar l-applikazzjoni tal-kodiċi tagħhom ta’ kondotta u l-impatt tagħhom fuq il-prattiċi, drawwiet u użanzi li jirrigwardaw il-kummerċ elettroniku;
(e)
it-tħejjija ta’ kodiċi ta’ kondotta fir-rigward tal-protezzjoni ta’ minuri u d-dinjità umana. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|